Onfoħ!

Patri Mario Attard OFM Cap

Pajjiżna sar multi-kulturali. Dan ifisser li kull kultura iġġib magħha r-reliġjon u d-drawwiet tagħha. F’artna, bħal f’pajjiżi ferm akbar minna, qiegħdin inħossu wkoll il-bżonn li niltaqgħu bejnietna. Niddiskutu. Ħa narrikkixxu ruħna. Ħa naraw lil oħrajn bħala rigal u qatt bħala theddida. Kif nittammaw u naħdmu li huma jaraw lilna.

Persuna Musulmana qaltli xi ħaġa li qatt ma kont ħsibt dwarha qabel. Qaltli li fil-Koran hemm miktub li Alla nefaħ fuq il-ġuf ta’ Marija u din nisslet lil Ġesù. Meta ħsibt fuqha rajt x’ tifsira kbira hi din. Aktar u aktar meta ġejja minn reliġjon li tiċħad, b’mod miftuħ, li Ġesù huwa Alla. Continue reading “Onfoħ!”