Dawk li jfittxuk b’qalb safja

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-ħajja bl-istaġuni tagħha. Imma, fost ħafna ħallel u maltempati, jasal dak il-perjodu fejn ix-xemx ħanina, f’nofs il-jum sbejjaħ, tibda’ tiddi u ħajja ttina!

F’wieħed minn dawn il-mumenti daqshekk sbieħ u mbierka tfaċċat għalija wkoll din ix-xemx. Li, mal-għannej, ngħidilha minn qalbi: “Xemx wisq sabiħa! Lilek inħobb! Ġawhra ta’ qalbi. Lilek irrid!”

U din ix-xemx, li m’hijiex sempliċiment nostalġija mbegħda daqskemm ħajja mistoħbija wara l-kantuniera, reġgħet feġġgħet għalija. U feġġgħet fl-aktar talba li tant inħobb nitlob ta’ kuljum. Bħala Patri sempliċi. Imma li, fl-idejn sempliċi u moħbija tiegħu, jiġi fuqhom is- Sultan tas-Slaten, is-Sid tas-Sidien. Qed nirreferi għall-quddiesa mqaddsa. Continue reading “Dawk li jfittxuk b’qalb safja”