Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Rgħajja fidili u abbandunati imma qatt mgħaddbin

Rgħajja fidili u abbandunati imma qatt mgħaddbin


It-Tlieta 18 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Huwa u jikkummenta dwar it-tieni ittra lil Timotju, waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, dalgħodu l-Papa rrifletta dwar it-tmiem tal-Appostli li, bħal San Pawl, fl-għabex ta’ ħajjithom, waqt id-diffikultajiet, iħossu s-solitudni: huma mneżżgħin, vittmi tal-persekuzzjoni, abbandunati….. jitolbu xi ħaġa għalihom infushom daqs kieku kienu tallaba.

 

Waħdu, tallab, vittma tal-persekuzzjoni, abbandunat. Imma l-kbir Pawlu kien li sema’ leħen il-Mulej, is-sejħa tal-Mulej! Dak li ġera minn post għall-ieħor, li bata tant u għadda minn tant provi minħabba l-predikazzjoni tal-Vanġelu, li fiehem lill-Appostli li l-Mulej ried li l-Ġentili wkoll jingħaqdu mal-Knisja. Il-kbir Pawlu li waqt it-talb tela’ fis-seba’ sema u sema’ ħwejjeġ li qatt ħadd ma kien sema’ bħalhom: il-kbir Pawlu, hemm, fi kmajra ċkejkna ta’ dar, hawn f’Ruma, jistenna biex jara kif se tintemm din it-taqbida interna bejn partijiet fi ħdan il-Knisja, bejn l-ebusija ta’ min ried jimxi fuq il-liġi Ġudajka, u d-dixxipli li kienu fidili lejh.

Hekk tintemm il-ħajja tal-kbir Pawlu, fid-deżolazzjoni: mhux fil-korla u l-morr, imma fid-deżolazzjoni li jħoss ġewwa fih.

L-istess ġralhom Pietru u l-kbir Ġwanni l-Battista li, f’ċella waħdu, b’dieqa kbira f’qalbu, jibgħat lid-dixxipli jistaqsu lil Ġesù jekk kienx il-Messija u jintemm b’rasu maqtugħa minħabba l-kapriċċi ta’ ballerina u l-vendetta ta’ mara adultera.

Hekk ġralu Massimiljanu Kolbe li kien waqqaf moviment appostoliku madwar id-dinja kollha u kien għamel tant ħwejjeġ kbar oħra, u miet f’ċella tal-kamp ta’ konċentrament.

Meta l-appostlu jkun fidil – osserva l-Papa – ma jistenniex tmiem ieħor ħlief dak ta’ Ġesù. Imma l-Mulej jibqa’ qrib, ma jitilqux, u fiH l-appostlu jsib il-qawwa tiegħu. Hekk imut Pawlu.

Din hi l-liġi tal-Vanġelu: jekk iż-żerriegħa tal-qamħ ma tmutx, ma tagħtix frott. Imbagħad jasal il-qawmien. Teologu tal-ewwel sekli kien jgħid li d-demm tal-martri hu ż-żerriegħa tal-Insara.

Il-mewt martri għax-xhieda ta’ Ġesù, hija ż-żerriegħa li tmut biex tagħti l-frott u timla d-dinja bi Nsara ġodda. Meta r-ragħaj jgħix hekk, ma jimteliex bil-għadab: forsi jħoss id-deżolazzjoni, imma hu żgur li l-Mulej jinsab qribu.

Imma meta, matul ħajtu, ir-ragħaj jintilef fuq ħwejjeġ oħra li ma jkunux il-fidili afdati f’idejh – u, per eżempju, jintrabat mal-poter, mal-flus, moħħu biex jilħaq, marbut ma tant affarijiet – fl-aħħar ma jispiċċax waħdu, forsi jkun hemm ħdejh in-neputijiet li jkunu jistennewh imut biex jaraw x’se jakkwistaw.

Il-Papa temm l-omelija b’dal-ħsieb: Meta jien immur inżur id-dar tas-saċerdoti anzjani nsib tant minnhom li huma bravi, bravi, taw ħajjithom għall-fidili tagħhom. U jinsabu hemm, morda, paralitiċi, fuq is-siġġu tar-roti, imma mill-ewwel tilmaħ dik it-tbissima.

Kollox sew, kollox sew, Mulej…… għax iħossu l-Mulej qrib ħafna tagħhom. U wkoll b’għajnejhom ileqqu jistaqsu: Kif inhi sejra l-Knisja? Kif inhi sejra d-djoċesi? Kif inhuma sejrin il-vokazzjonijiet? Sal-aħħar, għax huma missirijiet, għax taw ħajjithom għall-oħrajn.

Induru mill-ġdid lejn Pawlu, tallab, vittma tal-persekuzzjoni, abbandunat minn kulħadd minbarra mill-Mulej Ġesù: ‘Il-Mulej biss kien qribi!’

U r-Ragħaj it-Tajjeb, ir-ragħaj, irid ikollu diċ-ċertezza: jekk jimxi fit-triq ta’ Ġesù, il-Mulej ikun miegħu sal-aħħar.

Nitolbu għar-rgħajja li waslu fi tmiem ħajjithom u li qed jistennew lill-Mulej jeħodhom miegħu. U nitolbu wkoll biex il-Mulej itihom il-qawwa, il-faraġ u s-serħan il-moħħ li, minkejja li jħossu l-mard u jħossuhom waħedhom, il-Mulej jinsab magħhom, qribhom. Jalla l-Mulej itihom il-forza.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: