Patri Mario Attard OFM Cap
Dan ir-ritratt il-midja internazzjonali nistgħu ngħidu li xorbietu! Dan ir-ritratt li terraq mal-erabat irjieħ tad-dinja u li jirrappreżenta tifel miġrugħ fl-abbulanza tista’ tgħid li ħasad lil kulħadd. Ilkoll nafu minn liema pajjiż ġej. Anki l-belt li fiha ittieħed nafuha. Is-Sirja! Aleppo!
Il-gwerra fis-Sirja m’hemmx li tieqaf. Min jista’ jibqa’ kwiet f’qalbu u fil-kuxjenza tiegħu meta jaf li, f’dan il-pajjiż mhux daqshekk imbiegħed minn tagħna, ilu għaddej dan il-banju tad-demm ta’ nies ċivili għal dawn l-aħħar erba’ snin? X’sar minnhom il-mijiet ta’ eluf li mietu? U, fuq kollox, x’qed isir tabilħaqq minnhom l-eluf kbar ta’ nies li kellhom iħallu djarhom biex ikomplu ħajjithom f’pajjiżi oħra? Ilkoll naraw it-televiżjoni. Nafu tabilħaqq x’inhu jiġri! Kif tista’ l-qalb umana ma tħossx? Kif tista’ l-qalb tal-bniedem ma tintmessx? Continue reading “Ritratt bla kliem”