It-terrimot

Patri Mario Attard OFM Cap

Mà x’biża! It-terremot! Il-bini nieżel! U bini li, suppost kien sod u jiflaħ għat-terremoti, spiċċa sar ħerba waħda! Mhux ta’ b’xejn li l-magħrufa skola ta’ Amatrice tlaqqmet mill-ġurnalisti u minn għadd ta’ Taljani bħala La scuola della vergona! L-iskola tal-misħtija.

Huma x’inhuma l-każi, huma x’inhuma d-dettalji tal-istorja, l-esperjenza tat-terremot hija tabilħaqq kerha! Nhar l-24 t’Awwissu d-dinja ixxukkjat ruħha. Terrimot qawwi laqat lil Amatrice, Accumoli, Arquata del Tronto u Norcia, jiġifieri fiċ-Ċentru tal-Italja. Il-ħin kien wieħed skabbruż għall-aħħar. Eżattament fit-3.36 ta’ filgħodu. Normalment huwa l-ħin fejn ħafna nies ikunu fl-isbaħ nagħsa, jistrieħu mill-għejja tal-ġurnata. Continue reading “It-terrimot”