Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Min hu riġidu hu tajjeb fid-dieher imma ma jafx x’inhi l-libertà ta’ wlied Alla

Min hu riġidu hu tajjeb fid-dieher imma ma jafx x’inhi l-libertà ta’ wlied Alla


It-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Ir-riġidità taħbi dejjem xi ħaġa: ħajja doppja. Min hu riġidu mhux ħieles, hu skjav tal-Liġi. Imma Alla jagħti l-libertà, il-manswetudni u t-tjubija. Hekk afferma llum il-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

 

Fil-Vanġelu tal-lum Ġesù jfejjaq mara fil-jum tas-Sibt u jqanqal ir-rabja tal-Kap tas-Sinagoga li jsostni li nkisret il-Liġi t’Alla. Mhux faċli, ikkummenta l-Papa, timxi fil-Liġi tal-Mulej, hija grazzja li għandna nitolbu għaliha.

Ġesù jakkuża lill-Kap tas-Sinagoga li hu ipokrita, kelma li Ġesù jtenni bosta drabi lil min hu riġidu, lil min għandu atteġġjament ta’ riġidità fl-osservanza tal-Liġi, li m’għandux il-libertà tal-ulied, hu skjav tal-Liġi.

Iżda l-Liġi, osserva l-Papa, ma saritx biex tagħmilna lsiera, imma biex ittina l-libertà, biex tagħmilna wlied. Wara din ir-riġidità dejjem hemm xi ħaġ’oħra! U huwa għalhekk li Ġesù juża l-kelma ‘ipokriti!’

Fir-riġidità hemm xi ħaġa moħbija fil-ħajja tal-persuna. Ir-riġidità mhix don ta’ Alla. Imma l-manswetudni, it-tjubija, il-qalb tajba, il-maħfra, dawk iva. Imma r-riġidità, le!

F’ħafna każi wara r-riġidità hemm moħbija ħajja doppja; u hemm xi ħaġa oħra: ir-riġidità għandha s-sintomi ta’ marda. Kemm ibati min hu riġidu: meta jkunu sinċieri u jindunaw b’dan isofru ħafna!

Għax ma jirnexxilhomx li jkollhom il-libertà ta’ wlied Alla: ma jafux kif jimxu fil-Liġi tal-Mulej u ma jkunux kuntenti. Anzi, ibatu ħafna! Jidhru tajbin għax jimxu mal-Liġi imma minn wara hemm xi ħaġa li ma tħallihomx ikunu tajbin: jew ikunu ħżiena jew ipokriti, jew ikunu morda. Ibatu!

Il-Papa Franġisku fakkar il-parabbola tal-Iben il-Ħali li fiha l-iben il-kbir, li dejjem kien ġab ruħu tajjeb, jinkorla għal missieru għax laqa’ lura bil-ferħ liż-żgħir li kien berbaqlu ġidu, imma li reġa’ lura lejn daru, niedem.

Dan l-atteġġjament, kompla jispjega l-Papa, juri x’hemm wara ċertu tjubija: is-suppervja ta’ min jaħseb li hu ġust.

Wara dan hemm is-suppervja. Iż-żgħir kien jaf li kien hemm missieru u fil-mument l-aktar mudlam ta’ ħajtu reġa’ lura għandu; imma l-kbir kien jifhem li hemm missier li kien is-sid, imma qatt ma kien ħassu bħala missier. Kien riġidu: kien jimxi fil-Liġi bir-riġidità.

L-ieħor ħalla warajh il-Liġi, telaq mingħajr il-Liġi, kontra l-Liġi, imma f’waqt minnhom ftakar fil-missier u reġa’ lura. U sab il-maħfra. Mhux faċli li nimxu sewwa fil-Liġi tal-Mulej mingħajr ma naqgħu fir-riġidità, issokta l-Papa li temm l-omelija b’din it-talba:

Nitolbu lill-Mulej, nitolbu għal ħutna li jemmnu li huma mexjin fil-Liġi tal-Mulej u saru iebsin. Jalla l-Mulej jgħinhom iħossu li Huwa hu l-Missier u li lilU jogħġbuH il-ħniena, it-tenerezza, it-tjubija, il-manswetudni, l-umiltà. U jalla jgħallimna lkoll kif nimxu fil-Liġi tal-Mulej b’dawn l-atteġġjamenti.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: