Inħobb iva! Tapit le!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kemm-il darba smajna li l-kelma mħabba hija l-aktar waħda użata u abbużata. Meta ngħidu din is-sentenza wieħed imur fuq is-sesswalità. Biss l-imħabba hija ħafna aktar mis-sesswalità.

Il-kultura ta’ uża u armi li tittantana mhux ftit daqs tazza ilma tistedinna biex ma’ xulxin nimxu eżattament b’dan il-mod. Issa l-għaliex nafek tgħidx kemm nieħdok bil-ħlewwa. Tgħidx kemm nitħaddet sabiħ minn wara dahrek. Tgħidx kemm nitħaddet ma’ ħbiebi li nafek. U niftaħar bik ma’ kulħadd ukoll. L-għaliex nafek. U, meta għafastlek il-buzzer jew bgħattlek il-messaġġ, inkella ċempiltlek, mill-ewwel sibtek wara l-bieb. Continue reading “Inħobb iva! Tapit le!”