Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-pedament tal-ħajja tagħna hi t-talb ta’ Ġesù għalina

Il-pedament tal-ħajja tagħna hi t-talb ta’ Ġesù għalina


Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-pedament ta’ ħajjitna bħal Nsara hu li Ġesù jitlob għalina, afferma l-Papa Franġisku dalgħodu, waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Kull għażla, kull ġest, saħansitra t-tmiem ta’ ħajtu fuq din l-art, imdendel mas-Salib, kienu mmarkati bit-talb. Għalhekk l-Insara għandhom ikollhom fiduċja sħiħa fit-talb tal-Mulej.

 

Wara li talab fit-tul u b’intensità, Ġesù jagħżel id-dixxipli. Dak li naqraw fil-Vanġelu tal-lum hu l-pedament tal-ħajja tagħna bħala Nsara, qal il-Papa Franġisku.
Kif jgħid San Pawl, il-ġebla tax-xewka hi Ġesù nnifsu. Mingħajr Ġesù m’hemmx Knisja, imma, osserva l-Papa Franġisku, San Luqa jżid xi ħaġa oħra li għandha ġġegħilna nirriflettu.

Ġesù mar fuq l-għolja biex jitlob u għadda l-lejl kollu hemmhekk, jitlob lil Alla, Imbagħad tiġi xi ħaġa oħra differenti għal kollox: in-nies, l-għażla tad-dixxipli, il-fejqan, it-tkeċċija tax-xjaten….

Il-ġebla tax-xewka hi Ġesù, imma Ġesù li jitlob. Ġesù jitlob. Kien u għadu jitlob għall-Knisja.

Il-ġebla tax-xewka tal-Knisja, issokta l-Papa, hi l-Mulej quddiem il-Missier, li jinterċedi għalina, li jitlob għalina, Aħna nitolbu lilU, imma l-pedament huwa Hu li jitlob għalina.

Ġesù, kompla jgħid Franġisku, dejjem talab għal tiegħu, anke waqt l-Aħħar Ċena. Qabel ma jagħmel xi miraklu, kien jitlob. Meta qajjem lil Lażżru, l-ewwel talab lill-Missier.

Fil-Ġnien taż-Żebbuġ Ġesù talab, fuq is-Salib itemm ħajtu jitlob. Dan hu l-pedament tagħna, din hi l-ġebla tax-xewka tagħna: Ġesù jitlob għalina! Ġesù li jitlob għalija! U kull wieħed u waħda minna jista’ jgħid dan: ‘Jien ċert, jiena ċerta, li Ġesù jitlob għalija, jinsab quddiem il-Missier u jsemmini.’ Din hi l-ġebla tax-xewka tal-Knisja: Ġesù jitlob.

Naħsbu ftit f’dak il-pass ta’ qabel il-Passjoni, issokta jgħid Franġisku, meta Ġesù jdur lejn Pietru b’dik it-twiddiba: ‘Pietru…. Satana ġab il-permess biex jgħaddik mill-prova, bħall-qamħ. Imma jien tlabt għalik biex il-fidi tiegħek ma tonqosx.’

Dak li qal lil Pietru qed jgħidu lilek, lilek, u lilek, u lili wkoll, lil kulħadd. ‘Jien tlabt għalik, jien nitlob għalik, jien issa qed nitlob għalik’ U meta jiġi fuq l-altar,
Hu jiġi biex jinterċedi, biex jitlob għalina, l-istess bħalma għamel fuq is-Salib.
Dan għalina hu ta’ serħan il-moħħ kbir. Jien nagħmel parti minn dil-komunità soda, għax il-ġebla tax-xewka tagħha hi Ġesù, Ġesù li jitlob għalija, li jitlob għalina.

Illum jagħmlilna tajjeb naħsbu ftit, temm l-omelija l-Papa Franġisku, dwar il-Knisja: nirriflettu fuq dan il-misteru tal-Knisja. Ilkoll flimkien qisna binja, imma l-pedament huwa Ġesù; huwa Ġesù li jitlob għalina, huwa Ġesù li qed jitlob għalija.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: