Iż-Żjara tal-Papa Franġisku fl-Isvezja fil-31 t’Ottubru

Minn Patri Silvestru Bonavia

X’ġara eżatt 500 sena ilu u x’ser jiġri għada

L-aħħar jum t’Ottubru 500 sena ilu, eżattament is-sena d-dieħla, huwa jum imniżżel fl-istorja bħala l-bidu ta’ dik li ġiet imsejħa “Riforma Luterana”. Dak inhar ħadd m’għaddielu minn moħħu x’kellhom ikunu l-effetti tagħha! Illum wara 500 sena, l-istudjużi li m’għandhom ebda passjoni reliġjuża, kemm kattoliċi kif ukoll insara oħrajn, iħarsu lejn il-fatti mod ieħor. Biż-żejjed wieħed jara d-Dokument Mill-Konflitt għall-Komunjoni li ħareġ fl-2013 mill-Kummissjoni Luterana u Kattolika għall-Għaqda magħmula minn 22 studjużi tal-ogħla livell mid-dinja kollha wara snin twal ta’ studji u laqgħat u talb flimkien. Ma nistgħux inħallu barra s-sehem kbir tal-istudjuż kattoliku Joseph Lortz (1887-1975) li ta spinta qawwija b’mod speċjali bl-istorja kritika tiegħu tar-Riforma fil-Ġermanja u bl-ispirtu ekumeniku kbir li ġa kellu ħalla effett fuq il-Konċilju Vatikan II. Continue reading “Iż-Żjara tal-Papa Franġisku fl-Isvezja fil-31 t’Ottubru”