Dawk frażijiet!

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar wieħed għaref sewwa, fl-ilsien Latin, u mdaħħal fiż-żmien, bgħattli sensiela ta’ frażijiet. L-ilsien Latin minn dejjem affaxxinani. Mhux l-għaliex xammarli mnnieħri tafux. Iżda l-għaliex huwa ilsien strutturat u, fl-istess ħin, melodjuż. Mela poetiku!

Dan il-ħabib bgħattli xi frażijiet li tassew ġagħluni nirrifletti. L-ewwel waħda tittratta s-Salm 14: vers 1. Inspiens in corde suo dicit ‘non est Deus’. Jiġifieri “Jgħid l-iblah f’qalbu: ‘M’hemmx Alla!’” Din il-frażi ġagħlitni nitbissem! Seħħilha tfakkarni f’xi ħaġa li kien iħobb jgħidilna s-Superjur tal-Mużew meta konna żgħar. Kien jgħidilna: “Fil-Bibbja hemm miktub li m’hemmx Alla!” Aħna, ta’ tfal li konna, konna nibqgħu mistagħbin. Imbagħad, biex iwasslilna t-tagħlima li fil-ħajja ma rridux la nibilgħu kulma nisimgħu u biex nisimgħu ż-żewġt iqniepen u mhux waħda biss, kien jgħidilna: “Qal l-iblaħ!”. Eh! Issa kollox qed jagħmel sens Sup! Iva ħej! Naqra brejk! Bil-mod! Ma ngħaġlux! Continue reading Dawk frażijiet!

Nitolbu lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

38. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Novembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bil-katekeżi tal-lum qed nagħlqu ċ-ċiklu ddedikat lill-ħniena. Imma għalkemm il-katekeżi jispiċċaw, il-ħniena trid tibqa’! Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ dan kollu u ngħożżuh fil-qalb tagħna biex ikun ta’ konsolazzjoni u faraġ għalina.

Continue reading Nitolbu lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

Martyrdom

Fr Mario Attard OFM Cap

Ours is absolutely an age of martyrs. Many people, especially Christians, are brutally killed for confessing their Christian faith.

In his audience with pilgrims from El Salvador soon after the martyr, Blessed Oscar Romero, was beatified, on October 30 2015, Pope Francis told the faithful present:

“From the very beginning of the life of the Church, Christians have always believed that the blood of martyrs is a seed for Christians, as Tertullian said. Today too, in a dramatic way, the blood of a great number of Christian martyrs continues to be shed on the field of the world, with the certain hope that will bear fruit in a rich harvest of holiness, justice, reconciliation and love of God. But we must remember that one is not born a martyr. Archbishop Romero remarked, ‘We must be willing to die for our faith, even if the Lord does not grant us this honor. … Giving life does not only mean being assassinated; giving life, having the spirit of martyrdom, means offering it in silence, in prayer, in the honest fulfillment of one’s duty; in this silence of everyday life, giving life a little at a time.’” Continue reading Martyrdom

Il-virtù taċ-ċkejkin hi l-umiltà mhux it-teatrin

It-Tlieta 29 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta dalgħodu, il-Papa Franġisku qal li r-raġuni tat-tifħir li Ġesù ta lill-Missier, li jkellimna dwaru l-Vanġelu, hu għax il-misteru tas-salvazzjoni, il-misteru tiegħu nnifsu, Alla wrieh lil min hu ċkejken.

Continue reading Il-virtù taċ-ċkejkin hi l-umiltà mhux it-teatrin

Bil-grokkijiet jaħdem!

Patri Mario Attard OFM Cap

Darba minnhom kont qed nitħaddet ma’ ħabib li ilni nafu għal dawn l-aħħar snin. Huwa ħabib li mingħandu nitgħallem bil-bosta. Għaliex bilanċjat. U jaħsibha sewwa qabel ifattarha.

Ma nafx kif, bħaċ-ċirasa, dar id-diskors tagħna. F’daqqa waħda staqsejtu: “Allura x’tgħidli għall-Papa Franġisku?” U dan il-ħabib, bis-solita riflessjoni tiegħu, weġibni hekk: “Eh ħabib! Dak bil-grokkijiet jaħdem!” Continue reading Bil-grokkijiet jaħdem!

Miet bħalma għex: jaqdi!

Patri Mario Attard OFM Cap
Qiegħed nikteb dawn il-kelmtejn b’qalbi mriegħda. Ma nafx! Forsi jiena wkoll għandi bżonn xi ESG. Il-mewta tiegħu ħasditni għall-aħħar.

Kien għadu kif spiċċa mix-xift ta’ billejl. Patri ħabrieki issemmix. Patri li, l-fissazzjoni tiegħu, kienet waħda: kif se jaqdi! Niżel bħas-soltu jgħinni nqarben fil-quddiesa tas-sitta u nofs ta’ filgħodu f’Mater Dei. Kieku qatt immissja ġurnata li hi ġurnata fit-tqarbin! Dejjem kont narah ħdejja. Jgħinni nqarben. Continue reading Miet bħalma għex: jaqdi!