Adelante!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kulħadd fil-ħajja jgħaddi minn żmien iebes. Żmien fejn ikun irid jisma’ biss kelma waħda. Dik il-kelma waħdiena li biha jkun jista’ jikseb il-kuraġġ li jinħtieġ. Kelma waħda li twasslu biex, fl-aħħar, jitla’ mill-qiegħ nett tal-ħama fond bit-tama li jduq il-benna ta’ wiċċ l-ilma. Ktieb li jindirizza dan il-bżonn kbir li hemm fija u fik, meta nħossu u nesperjenzaw li, għalkemm il-ħajja tagħtina bil-ħarta xorta waħda għandna nissuktaw naqfu ‘l barra fil-fond, fit-triq tal-ħajja vera, huwa, mingħajr dubju, Adelante. Li ħareġ mill-pinna mexxejja ta’ Ivan Bartolo. Continue reading “Adelante!”