Dak ta’ fuq dak!

Patri Mario Attard OFM Cap

Iż-żmien dejjem għaddej! U ma jistenna xejn! Hekk nismagħhom ikantaw! Għaliex, fil-verità kollha, hekk hu!

Niftakarni żgħir. Ċkejken. Fil-krema ta’ tfuliti. Meta mort fuq ommi l-għażiża u tlabtha bil-ħrara kollha: “Mà! Ixtrili statwa?” U ommi, ta’ mara mimlija ħniena li hi, daret lejn, Alla jaħfrilha, oħti u qaltilha: “Ħudu l-belt u ixtrilu waħda?” Continue reading Dak ta’ fuq dak!

Inżommu t-tama tagħna ħajja kuljum – le għal reliġjon spettaklu

Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Għandna negħlbu t-tentazzjoni li r-reliġjon nagħmluha spettaklu li dejjem ifittex xi ħaġa ġdida, qisha xi biċċa logħob tan-nar. Dan affermah il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Is-Saltna t’Alla tikber jekk aħna ma nħallux it-tama tnin fina kull jum li jgħaddi.

Continue reading Inżommu t-tama tagħna ħajja kuljum – le għal reliġjon spettaklu