Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Inżommu t-tama tagħna ħajja kuljum – le għal reliġjon spettaklu

Inżommu t-tama tagħna ħajja kuljum – le għal reliġjon spettaklu


Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Għandna negħlbu t-tentazzjoni li r-reliġjon nagħmluha spettaklu li dejjem ifittex xi ħaġa ġdida, qisha xi biċċa logħob tan-nar. Dan affermah il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Is-Saltna t’Alla tikber jekk aħna ma nħallux it-tama tnin fina kull jum li jgħaddi.

 

Fil-Vanġelu tal-lum Ġesù jagħti tweġiba lill-Fariżej li għall-kurżità jistaqsuh meta se tasal is-saltna t’Alla. Diġà waslet, jgħid il-Mulej, diġà tinsab fostkom. Tixbaħ żerriegħa żgħira miżrugħa li tibker waħedha, biż-żmien. Huwa Alla li jkabbarha, spjega l-Papa, iżda mingħajr daqq ta’ trumbetti.

Is-Saltna t’Alla mhix reliġjon tal-ispettaklu, dejjem tfittex in-novità, xi rivelazzjoni jew messaġġ. Alla tkellem peremzz ta’ Ġesù Kristu: din hi l-aħħar Kelma ta’ Alla. Il-bqija jixbah lil-logħob tan-nar li jdawlek għal ftit waqtiet u mbagħad x’jifdal……? Xejn.

M’hemmx żvilupp, m’hemmx dawl. Ma jkun hemm xejn: leħħa ta’ berqa. U tant drabi jkollna t-tentazzjoni li nagħmlu r-reliġjon spettaklu, li nfittxu ħwejjeġ li m’għandhomx x’jaqsmu mar-rivelazzjoni, mal-manswetudni li titlob minna s-Saltna t’Alla li tinsab fostna u tikber. Dan kollu mhux tama: hi x-xewqa li jkollna l-għasfur f’idejna.

Is-salvazzjoni tagħna tiġi mit-tama, it-tama li għandu l-bniedem li jiżra’ l-qamħ jew il-mara li tħawwad flimkien il-ħmira u d-dqiq biex tagħmel il-ħobż: it-tama li dawn jikbru. Iżda d-dawl artifiċjali hu ħaġa ta’ mument li tgħib bħal-logħob tan-nar li mhux biżżejjed biex jagħti d-dawl lid-dar. Hu biss spettaklu.

Imma x’għandna nagħmlu – staqsa l-Papa – aħna u nistennew li tasal il-milja tas-Saltna t’Alla? Għandna ‘nħarsu’, ‘inħarsu’ bil-paċenzja. Il-paċenzja fuq ix-xogħol, fit-tbatijiet tagħna….. Inħarsu kif jagħmel il-bniedem li żera’ ż-żerriegħa u jħares il-pjanta billi jara li ma jkunx hemm ħaxix ħażin li jagħmlilha l-ħsara, biex tkun tista’ tikber sew.

Inħarsu t-tama. U din hi l-mistoqsija li nixtieq nagħmlilkom: ladarba s-Saltna t’Alla tinsab fostna, ladarba lkoll kemm aħna għandna fina din iż-żerriegħa, għandna fina l-Ispirtu s-Santu, kif qed inħarsuha?

Kif niddixxerni, kif nagħraf il-ħaxixa t-tajba tal-qamħ mis-sikrana? Is-Saltna t’Alla tikber imma aħna x’għandna nagħmlu? Inħarsuha. Inkabbru fina t-tama, inħarsu t-tama. Għax aħna salvajna permezz tat-tama. U din hi n-nisġa: in-nisġa tal-istorja tas-salvazzjoni. It-tama li niltaqgħu mal-Mulej darba għal dejjem.

Is-Saltna t’Alla, afferma l-Papa Franġisku, tissaħħaħ bit-tama. Nistaqsu lilna nfusna: jien għandi tama? Jew għaddej mill-aħjar li nista’ u ma nafx nagħżel it-tajjeb mill-ħażin, il-qamħ mis-sikrana, id-dawl, id-dawl fietel tal-Ispirtu s-Santu mid-dawl jgħammex ta’ dak li hu artifiċjali?

Nistaqsu lilna nfusna dwar it-tama li għandna f’diż-żerriegħa li qed tikber fina, u dwar kif inħarsu t-tama li għandna. Is-Saltna t’Alla tinsab f’nofsna, imma aħna, bil-mistrieħ, bil-ħidma, bid-dixxerniment inħarsu din it-tama ta’ dis-Saltna t’Alla li tikber, sal-waqt li fih jiġi l-Mulej u kollox jinbidel, f’waqt wieħed: kollox! Id-dinja, aħna, kollox.

U kif jgħid Pawlu lin-nies ta’ Tessalonika: minn dak il-ħin aħna lkoll nibqgħu miegħU.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: