Tal-istiva

Patri Mario Attard OFM Cap
Il-ħajja hija skola. Skola li tħaddan fiha n-nofs ta’ nhari. Fil-għodijiet. Fil-għaxijiet. Skola li tħaddan kull tip ta’ suġġett li hawn taħt is-sema.

U, f’din il-qawsalla imżewqa ta’ tagħlim, hawn jien, il-Patri! Li, bl-ubbidjenza li tani l-Mulej permezz tas-Superjuri tiegħi, ġejt imħabbeb, ħelu ħelu, ma’ wieħed mit-tlett kotba tal-ħajja, l-Isptar. L-Isptar huwa l-post fejn ilaħħam dak li Papa Franġisku jistenna minna s-saċerdoti, jiġifieri rgħajja li jkollna fuqna r-“riħa tan-nagħaġ” li nirgħu. L-isptar ma tantx hu komdu. Għax iħarbattlek kull pjan. L-interruzzjonijiet li jkollok, speċjalment meta l-pager li jkollok fuqek jaqbad idoqq bla ħniena, lejl u nhar, huma tassew kbar. Joħolqulek tbatija. Madankollu, taqta’ l-għejja li joffri xogħol bħal dan, ix-xogħol fl-Isptar huwa affaxxinanti. Għaliex huwa tabilħaqq sorpendenti. Continue reading Tal-istiva

Ħniena u Inklużjoni

11. Katekeżi mill-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Straordinarji tal-Ġublew tal-Ħniena. 12 ta’ Novembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din l-aħħar Udjenza Ġubilari tas-Sibt, nixtieq nippreżentalkom aspett importanti tal-ħniena: l-inklużjoni. Fil-fatt, Alla, fil-pjan tiegħu ta’ mħabba, ma jrid jeskludi lil ħadd, imma jrid jinkludi lil kulħadd.

Continue reading Ħniena u Inklużjoni