Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta, Ġenerali > Niddixxernu tajjeb biex nevitaw li nsiru Nsara bierda

Niddixxernu tajjeb biex nevitaw li nsiru Nsara bierda


It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Illum, it-Tlieta 15 ta’ Novembru 2016, il-Papa Franġsiku widdeb lill-Insara kontra l-periklu li jsiru bierda jew inkella jwarrbu wiċċhom minn fuq il-Mulej. Din it-twissija għamilha waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Il-Papa tnebbaħ mill-qari tal-ġurnata u tenna t-twissija serja tal-Ktieb tal-Apokalissi kontra l-Insara tal-Laodoċja li ‘la huma sħan u lanqas kesħin: għalhekk se nobżoqkom minn ħalqi.’

Ibżgħu mill-kalma li tqarraq, wissa Franġisku, għax Alla jkun nieqes f’sitwazzjoni bħal din. Il-Mulej iwissina dwar il-kalma mingħajr sustanza tal-biered u jsejħilha ‘kalma li tqarraq’.

Imma x’jaħseb il-bniedem biered, saqsa l-Papa? It-tweġiba jagħtihielna l-Mulej: Dal-bniedem jaħseb li hu għani: ‘Jien stagħnejt u m’għandi bżonn xejn. Inħossni kalm.’ Kalma li tqarraq. Jekk fir-ruħ tal-Knisja, ta’ familja, ta’ komunità, ta’ persuna, hemm kalma l-ħin kollu, hemmhekk Alla hu nieqes.

Lill-berdin il-Papa qalilhom biex ma jorqdux bl-emmna falza li m’għandhom bżonn xejn. Il-Mulej jurina li l-berdin huma għerja: l-għana li għandhom mhix ġejja minn Alla.

Lil dawk li jemmnu fihom infushom għax huma għonja, kompla jwiddeb il-Papa, Ġesù jiddeskrivihom bħala nies mingħajr hena u miżerabbli. Imma dan jgħidu sforz imħabbtu biex huma jiskopru għana differenti, dak li l-Mulej biss jista’ jagħti.

Mhix l-għana tar-ruħ li int taħseb li għandek għax int tajjeb, għax tagħmel kollox tajjeb, għax kollox kalm. Dan hu għana differenti – dak li jiġi minn Alla, għana li dejjem mgħobbi b’xi salib, dejjem iġorr miegħu qalb ħosbiena. U jien inħeġġiġkom tixtru lbiesi bojod biex l-għera tal-mistħija tagħkom ma jidhirx. Il-berdin ma jindunawx li huma għerja, osserva l-Papa.

Il-berdin, issokta jgħid, jitilfu l-ħila li jikkuntemplaw, il-ħila li jaraw l-għeġubijiet ta’ Alla. Għaldaqstant il-Mulej jipprova jqajjimna, jgħinna nikkonvertu.
Imma, żied jgħid, il-Mulej hu preżenti mod ieħor: jinsab hemm biex jistedinna: ‘Araw, qed inħabbat fuq biebkom.’ Għalhekk il-Papa saħaq dwar kemm hu importanti li jkollna ħila nisimgħu meta Alla jħabbat….. għax irid itina xi ħaġa tajba.

Kunu afu kif tiddixxernu meta l-Mulej iħabbat fuq biebkom.

Il-Papa Franġsiku kompla jgħid li għall-Insara berdin, li ma jindunawx li l-Mulej qed iħabbat fuq biebhom, kull ħoss hu l-istess. Jeħtieġ nifhmu tajjeb – kompla jgħid Franġisku – kull meta l-Mulej iħabbat, meta jkun irid itina l-faraġ tiegħu. Il-Mulej dejjem jasal qabilna biex jistedinna nistiednu lilU.

Dan kien eżatt dak li ġara lil Żakkew kif jirrakkonta l-Vanġelu tal-lum. Il-kurżità ta’ Żakkew, li kien qasir, kienet żerriegħa ġejja mill-Ispirtu s-Santu.

L-inizjattiva bdiet mill-Ispirtu biex waslet għand il-Mulej. Hu jgħolli għajnejh u jgħid: ‘Inżel, stedinni ġo darek.’ Il-Mulej jinsab hemm… dejjem hemm, mimli mħabba biex jikkoreġina, jistedinna għaċ-ċena jew jistedinna nistednuH aħna.
Qiegħed hemm biex jgħidilna: ‘Qum… inżel.’ Dejjem. Naf jien fil-qalb tiegħi meta l-Mulej isejjaħli biex inqum, biex niftaħlu jew biex ninżel?

Jalla l-Ispirtu s-Santu jtina l-grazzja li nagħrfu niddixxernu dawn is-sejħiet, temm jgħid il-Papa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: