Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Is-saċerdot marbut mal-flus in-nies ma taħfirhilux

Is-saċerdot marbut mal-flus in-nies ma taħfirhilux


Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa Franġisku talab bil-ħniena lil Alla biex lil min jemmen itih il-kuraġġ li jħaddan il-faqar Nisrani u żied jgħid li lis-saċerdot qalbu marbuta mal-flus, in-nies ma jaħfruhilux.

 

Il-Papa qal dan f’omelija qawwija oħra fil-kappella tad-Dar Santa Marta.
Il-Papa bena l-omelija fuq il-Vanġelu tal-ġurnata meta Ġesù keċċa l-bejjiegħa mit-tempju u akkużahom li bidluh f’għar tal-ħallelin. Ir-riflessjoni tal-Papa kienet dwar il-poter u l-ġibda li għandhom il-flus.

Dak li għamel Ġesù, qal Franġisku, jgħinna nifhmu fejn tinsab iż-żerriegħa tal-antikrist, iż-żerriegħa tal-għadu li jirvina s-Saltna: ir-rabta mal-flus.

Id-Dar ta’ Alla tagħna hi dejjem dar tat-talb. Il-laqgħa tagħna hi ma’ Alla li jħobb. U l-barunijiet tal-flus ifittxu l-ħin kollu biex jidħlu fid-Dar t’Alla.

In-nies li kienu qed isarrfu l-flus jew ibiegħu affarijiet oħra, kienu qed jikru l-post, osserva l-Papa…. mingħand il-qassisin…. il-qassisin kienu qed jikru l-post u jdaħħlu l-flus.

Dan hu l-alla li jista’ jirvinalna ħajjitna u jwassalna biex intemmuha ħażin, mingħajr ferħ, mingħajr il-ferħ li nkunu servejna lill-Mulej il-veru, Hu li hu l-uniku li jista’ jtina l-veru hena.

Din hi għażla personali, żied il-Papa, li staqsa lill-kongregazzjoni: Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal-flus? Int marbut mal-flus?

Il-poplu t’Alla għandu ħabta kbira jaċċetta, jikkanonizza u jikkundanna – għax il-poplu t’Alla għandu ħila jikkundanna wkoll. Jaħfer tant dgħufijiet, tant dnubiet li jagħmlu s-saċerdoti. Imma hemm tnejn li n-nies ma jaħfruhilhomx għax meta jaraw saċerdot marbut mal-flus, ma jaħfruhilux. Haġ’oħra li n-nies ma jaħfruhiex lis-saċerdot hi meta jarawh jittratta ħażin lill-fidili.

L-affarijiet l-oħra… id-dgħufijiet l-oħra, id-dnubiet l-oħra…… mhux tajjeb ……. imma dal-povru bniedem jinsab waħdu. B’hekk jiġġustifikaw dnubietu.
Iżda l-kundanna tagħhom mhix tant qawwija u definittiva: il-poplu t’Alla jifhimhom ċerti affarijiet. Imma meta saċerdot jimxi wara l-alla flus, isir kap ta’ azjenda jew prinċep…., jew xi ħaġa aktar…..

Il-Papa ġab bħala eżempju tar-rabta ma’ dak li hu materjali, it-terafim (l-allat li jindukraw id-dar), l-idoli li l-mara ta’ Ġakobb, Rakele, kienet iżżomm moħbija fid-dar.

Hu ta’ niket, kompla jgħid Franġisku, li tara saċerdot fi tmiem ħajtu, agunija, f’koma, u madwaru l-eredi qishom isqra, jaraw x’jistgħu jaħtfu.
Ejjew nagħtu dan il-gost lil Alla, nagħmlu eżami tal-kuxjenza kif imiss. ‘Mulej, int il-Mulej tiegħi’ – jew inkella, aħna bħal Rakele, hemm it-terafim moħbijin f’qalbi, l-idolu flus?

Kunu kuraġġużi, issokta l-Papa, agħmlu għażla. Biżżejjed il-flus ta’ ħaddiem onest. Biżżejjed dak li jfaddal il-ħaddiem onest. Imma dawk l-interessi finanzjarji mhux permessi, dik idolatrija. Jalla l-Mulej itina l-grazzja tal-faqar Nisrani.
Jalla l-Mulej, temm il-Papa, itina l-grazzja tal-faqar tal-ħaddiema, dawk li jaħdmu u jaqilgħu paga deċenti u ma jfittxux aktar.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: