Tgħid din se tkun it-tweġiba tal-Papa Franġisku?

Print Friendly, PDF & Email

Ittra Appostolika ġdia mill-Papa Franġisku.

Minn Joe Farrugia

Is-Sibt, 19 ta’ Novembru 2016: Tħabbar mis-sala stampa tal-Vatikan li fi tmiem il-Ġublew tal-Ħniena, il-Papa Franġisku ser jagħti lill-Knisja, Ittra Appostolika oħra.  Wara l-Misericordia Vultus, Wiċċ il-Ħniena, li biha ħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-Ġublew, issa dokument ieħor li jkun publikat l-għada ta’ għeluq din is-Sena ta’ Ħniena.  Il-messaġġ huwa ċar; minkejja li l-Ġublew intemm, iżda l-ħniena ser tibqa’.

jc_adultress

L-isem nnifsu ta’ din l-Ittra Appostolika ġdida jfakkar fost l-oħrajn fl-Isqarrijiet ta’ Santu Wistin, li jgħid lil Kristu, “Inti t-tabib jiena l-marid. Inti l-ħanin, jiena l-imsejken”.  Nemmen li l-Ħniena (Misericordia) fl-isem tal-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku mhix sempliċi kunċett imma huwa l-persuna ta’ Kristu.  Aktar milli huwa ħanin, Kritu huwa l-personifikazzjoni tal-ħniena.  Bl-istess mod, l-imsejkna (misera) mhix biss il-mara adultera, imma fil-persuna tagħha nilmħu lilna lkoll. Meta l-folla ta’ dawk li kienu qed jakkużawha kienu telqet, baqa’ Ġesù waħdu mal-mara; hu il-Ħniena, hi u aħna l-imsejkna.

Xi tweġiba għalija jekk moħħni biss biex niġġudika, nikkundanna u nħaġġar!

2 thoughts on “Tgħid din se tkun it-tweġiba tal-Papa Franġisku?”

  1. Verita father Mario. Hafna nsara hekk mohhom, biex jiggudikaw,jikkundaw hu jmaqdru.mhux kullhadd pero.meta ma tarhomx jkunu hergin mill knisja. J’Alla l qassisien fl’ghomelija jippridkaw izjed dwarha

Leave a Reply

%d bloggers like this: