Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-korruzzjoni hi dagħwa li twassal għall-qima tal-flus

Il-korruzzjoni hi dagħwa li twassal għall-qima tal-flus


Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Dalgħodu, fl-omelija fid-Dar Santa Marta, il-Papa qal li l-korruzzjoni hi għamla ta’ dagħa li tressaq lil dak li jkun lejn il-qima tal-flus u l-isfruttar tal-proxxmu.

 

F’din l-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika, il-qari jippreżentalna t-tmiem tad-dinja, il-ġudizzju u s-salvazzjoni ta’ min hu fidil lejn Alla. F’dan id-dawl il-Papa għamel riflessjoni dwar il-korruzzjoni li wasslet għat-tiġrif tal-belt kbira ta’ Babilonja.

Il-korruzzjoni hi mod kif bniedem jgħix dagħwa, wissa l-Papa, hi l-lingwaġġ ta’ Babilonja u tal-ħajja mondana. Il-korruzzjoni hi għamla ta’ dagħa fejn m’hemmx Alla, imma biss l-allat tal-flus u l-kumdità bl-isfruttament tal-oħrajn.

Minkejja dan, il-modanità li ssaħħar lis-setgħani, għad tittertaq, qal il-Papa, hekk kif nisimgħu l-għajta tal-anġlu kif naqraw fil-Ktieb tar-Rivelazzjoni, li jħabbar il-waqgħa ta’ Babilonja bl-imperu tal-vanità, suppervja u ħażen tagħha.

B’kuntrast ma’ din l-għajta ta’ rebħ mill-anġlu li jħabbar il-waqgħa taċ-ċivilizzazzjoni korrotta, hemm leħen qawwi ieħor ta’ għadd bla qies li jfaħħar ‘l Alla u jgħid: ‘Is-salvazzjoni, il-glorja u l-qawwa huma ta’ Alla tagħna.’
Dan hu leħen il-poplu t’Alla li se jsalva għax midneb imma mhux korrott, saħaq il-Papa.

Midneb li jaf jitlob maħfra u jfittex is-salvazzjoni f’Ġesù Kristu, jitgħallem kif jadura ‘l Alla għalkemm din mhix biċċa xogħol ħafifa għan-Nisrani.

Aħna nafu nitolbu meta nkunu rridu naqilgħu xi ħaġa, kompla l-Papa, imma jeħtieġ li nitgħallmu wkoll kif infaħħru ‘l Alla. Aħjar nitgħallmu issa, milli jkollna nitgħallmu bl-għaġla meta jasal it-tmiem taż-żmien.

Il-Papa Franġisku insista li hu sabiħ ħafna t-talb quddiem it-tabernaklu b’invokazzjonijiet sempliċi bħal: ‘Int Alla, jien ibnek fqajjar li inti tħobb.’

Il-Papa kompla jinnota li fil-qari hemm it-tielet leħen: il-leħen tal-anġlu li jitkellem minn taħt l-ilsien u li jgħid lill-awtur biex jikteb: Imberkin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf.

L-istedina tal-Mulej mhix qrid imma l-leħen ġentili li jkellem lill-qalb, l-istess bħalma l-leħen t’Alla kellem lil Elija. Meta Alla jkellem lil qlubna b’dal-mod, ikun jixbah nifs ta’ ħoss silenzjuż.

Din l-istedina għall-festa tat-tieġ, skont il-parabbola ta’ Ġesù, se tkun is-salvazzjoni tagħna. Mistednin għaliha l-ħżiena u t-tajbin ukoll, l-għomja, it-torox u z-zopop – aħna lkoll midinbin li għandna biżżejjed umiltà fi qlubna biex ngħidu: Jiena midneb u Alla se jsalvani.

Is-silta tal-Vanġelu ttemm billi tfakkarna biex meta jidhru dawn is-sinjali, jiġifieri l-qerda tas-suppervja u l-vanità, inqumu fuq saqajna u nerfgħu rjusna għax is-salvazzjoni tkun fil-qrib.

Jalla l-Mulej, temm l-omelija l-Papa Franġisku, itina l-grazzja li nħejju rwieħna u nisimgħu lil dak il-leħen li jgħid: ‘Ejja, ejja, qaddej fidil – midneb imma fidil – ejja għall-festa tal-Mulej tiegħek.’

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: