L-imgħoddi għadu magħna

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar, fuq Rai Tre, kelli l-grazzja li nara l-programm Ulisse. Immexxi minn Alberto Angela.

Fil-puntata li rajt, jiġifieri dik tas-Sibt, 5 ta’ Novembru, kienet tittratta dwar l-imperu Ruman. F’din il-puntata Alberto Angela fisser kif twieled dan l-imperu kbir li baqa’ jiddomina l-paġni tal-istorja dinjija. Fil-fatt il-puntata kien jisimha Augusto: Come nasce un impero. Daqs 2000 sena ilu, sewwasew fis-sena 14, wara Kristu, kien miet Gaju Ġulju Ċesare Ottavjanu. Jew, kif inhu uffiċċjalment magħruf fl-istorja, Awgustu. L-ewwel imperatur Ruman. Continue reading “L-imgħoddi għadu magħna”

Id-dannazzjoni eterna mhix xi kamra tat-tortura imma l-firda minn ma’ Alla

Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-għażla li nibqgħu bogħod mill-Mulej – din hi d-dannazzjoni eterna, qal il-Papa waqt il-quddiesa li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Il-Papa wissiena biex qatt ma nidħlu fi djalogu max-xitan, għax dan isaħħarna u jqarraq bina. Minflok, b’qalb umli, għandna nibqgħu resqin dejjem lejn l-aħħar laqgħa tagħna mal-Mulej fil-jum tal-ġudizzju.

Continue reading “Id-dannazzjoni eterna mhix xi kamra tat-tortura imma l-firda minn ma’ Alla”