Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-virtù taċ-ċkejkin hi l-umiltà mhux it-teatrin

Il-virtù taċ-ċkejkin hi l-umiltà mhux it-teatrin


It-Tlieta 29 ta’ Novembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta dalgħodu, il-Papa Franġisku qal li r-raġuni tat-tifħir li Ġesù ta lill-Missier, li jkellimna dwaru l-Vanġelu, hu għax il-misteru tas-salvazzjoni, il-misteru tiegħu nnifsu, Alla wrieh lil min hu ċkejken.

 

Il-Papa Franġisku ħa l-ispunt mir-rakkont ta’ San Mattew u enfasizza li Alla, biex jgħarraf il-misteri tiegħu, ma jagħżilx l-għorrief imma l-qalb taċ-ċkejknin.
L-ewwel qari, li huwa mimli dettalji, ukoll żgħar, jimxi fuq l-istess ħsieb, kompla jgħid il-Papa. Infatti l-Profeta Iżaija jitkellem dwar ir-rimja żgħira li minnha jinbet iz-zokk ta’ Jesse. Ma jitkellimx dwar xi eżerċtu li jiġi biex iġib il-ħelsien. U ċ-ċkejknin huma l-protagonisti tal-Milied ukoll.

Imbagħad fil-Milied, issokta Franġisku, naraw dan iċ-ċokon, dil-ħaġa ċkejkna, tarbija, stalla, omm, missier…. affarijiet ċkejknin. Qlub kbar bl-atteġġjament taċ-ċkejknin.

U fuq din ir-rimja se jinżel l-Ispirtu tal-Mulej, l-Ispirtu s-Santu, u dir-rimja ċkejkna jkollha l-virtù taċ-ċkejknin, u l-biża’ tal-Mulej. Timxi fil-biża’ tal-Mulej, biża’ li mhuwiex twerwir. Huwa ħajja skont il-kmandament li Alla ta lil missierna Abraham: ‘Imxi fil-preżenza tiegħi bla ma jkollok ebda tebgħa.’ Umli. Din hi l-umiltà: il-biża’ mill-Mulej.

U ċ-ċkejknin biss, saħaq il-Papa Franġisku, għandhom ħila jifhmu sewwa s-sens tal-umiltà, is-sens tal-biża’ t’Alla, għax jimxu quddiem il-Mulej li jħares lejhom u jħarishom, iħossu li l-Mulej itihom il-qawwa biex jibqgħu mexjin ‘il quddiem. Din hi l-veru umiltà, spjega Franġisku.

Li tgħix l-umiltà Nisranija jfisser li jkollok dan il-biża’ tal-Mulej li mhux twerwir imma hu: ‘Int Alla u jien bniedem, jien nimxi bl-affarijiet żgħar tal-ħajja imma fil-preżenza tiegħek, u nagħmel ħilti biex ma jkolli ebda nuqqas.’

L-umiltà hi l-virtù taċ-ċkejknin. Il-vera umiltà mhix dik tat-teatru: l-umiltà ta’ dak li jgħid, ‘Jien umli u niftaħar li jien hekk!’ Le, dik mhix umiltà vera.
L-umiltà vera taċ-ċkejken hi li jimxi fil-preżenza tal-Mulej, li ma jqassasx fuq l-oħrajn, li jħares biss lejn il-qadi, iħossu l-iċken..,,, Hemm tinsab il-qawwa.

U bil-ħsieb dwar il-Milied il-Papa osserva mill-ġdid li hija umli u umli ħafna dik ix-xbejba li Alla ħares lejha biex jibagħtilna lil Ibnu, u li minnufih titlaq biex tmur għand Eliżabbetta mingħajr ma tirrakkonta dak li kien ġara.

Din hi l-umiltà, kompla jgħid il-Papa: nimxu fil-preżenza tal-Mulej, henjin,
ferħanin għax Hu qed iħares lejna, ferħanin bl-hena li ttina l-umiltà, proprju kif jirrakkonta Ġesù fil-Vanġelu tal-lum.

Aħna u nħarsu lejn Ġesù li jifraħ għax Alla wera l-misteru tiegħu lill-umli, nistgħu nitolbu l-grazzja tal-umiltà għalina wkoll, il-grazzja tal-biża’ t’Alla, li nimxu fil-preżenza tiegħu u nagħmlu ħilitna biex inkunu bla tebgħa.

U b’din l-umiltà, temm l-omelija l-Papa Franġisku, aħna nkunu nistgħu nishru fit-talb, inkunu ħawtiela fil-karità u henjin fit-tifħir.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: