Dawk frażijiet!

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar wieħed għaref sewwa, fl-ilsien Latin, u mdaħħal fiż-żmien, bgħattli sensiela ta’ frażijiet. L-ilsien Latin minn dejjem affaxxinani. Mhux l-għaliex xammarli mnnieħri tafux. Iżda l-għaliex huwa ilsien strutturat u, fl-istess ħin, melodjuż. Mela poetiku!

Dan il-ħabib bgħattli xi frażijiet li tassew ġagħluni nirrifletti. L-ewwel waħda tittratta s-Salm 14: vers 1. Inspiens in corde suo dicit ‘non est Deus’. Jiġifieri “Jgħid l-iblah f’qalbu: ‘M’hemmx Alla!’” Din il-frażi ġagħlitni nitbissem! Seħħilha tfakkarni f’xi ħaġa li kien iħobb jgħidilna s-Superjur tal-Mużew meta konna żgħar. Kien jgħidilna: “Fil-Bibbja hemm miktub li m’hemmx Alla!” Aħna, ta’ tfal li konna, konna nibqgħu mistagħbin. Imbagħad, biex iwasslilna t-tagħlima li fil-ħajja ma rridux la nibilgħu kulma nisimgħu u biex nisimgħu ż-żewġt iqniepen u mhux waħda biss, kien jgħidilna: “Qal l-iblaħ!”. Eh! Issa kollox qed jagħmel sens Sup! Iva ħej! Naqra brejk! Bil-mod! Ma ngħaġlux! Continue reading Dawk frażijiet!

Nitolbu lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

38. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Novembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bil-katekeżi tal-lum qed nagħlqu ċ-ċiklu ddedikat lill-ħniena. Imma għalkemm il-katekeżi jispiċċaw, il-ħniena trid tibqa’! Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ dan kollu u ngħożżuh fil-qalb tagħna biex ikun ta’ konsolazzjoni u faraġ għalina.

Continue reading Nitolbu lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin