Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza

31 ta’ Diċembru 2016

“Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena 2016

Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza

Is-skiet tal-Presepju

Patri Mario Attard OFM Cap

Nista’ ngħid li l-Isptar Mater Dei huwa t-tieni dar tiegħi. Ir-raġuni hija l-għaliex inqatta’ ħafna ħin fih. U, meta tqatta’ ħafna ħin id-dar, tispiċċa tinnota ħafna affarijiet interessanti fiha.

Bħalissa hemm armat il-Presepju sabiħ li huwa xogħol is-Sur Charlie Coleiro. Xi ħaġa sabiħa li qalli Charlie hija kemm in-nies qed tapprezza l-kant Gregorjan li hemm bħala background music għal dan il-Presepju. Tassew! Kull darba li immur inżuru inħossni affaxxinat mill-ġabra li din it-tip ta’ mużika iġġib madwarha. Kemm iddaħħalni fil-misteru tal-fidwa tagħna! Kemm dak l-għar għalija jieħu l-ħajja! Continue reading Is-skiet tal-Presepju

Abraham, missier fil-fidi u fit-tama

4. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 28 ta’ Diċembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

San Pawl, fl-Ittra lir-Rumani, ifakkarna fil-figura kbira ta’ Abraham, biex jurina t-triq tal-fidi u tat-tama. Dwar l-Appostlu jikteb: “Meta ma kellu ebda tama, ittama u emmen; u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus” (Rum 4:18); “meta ma kellu ebda tama, ittama”.

Continue reading Abraham, missier fil-fidi u fit-tama

X’għallimni għall-Milied Gino Paoli

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar, f’waħda mill-puntati ta’ Domenica in, ippreżentat miċ-ċelebri preżentatur Pippo Baudo flimkien mal-attriċi Taljana minn Firenze, Chiara Francini, wieħed mill-mistiedna kien il-magħruf kant-awtur Taljan minn Monfalcone, Gino Paoli. Tiftakruhom il-kanzunetti Il cielo in una stanza, Che cosa c’è, Senza fine u Sapore di sale? Dawk kollha ħarġu mill-id għalliema ta’ dan il-kant-awtur kbir! Continue reading X’għallimni għall-Milied Gino Paoli

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Ask him for it!

Fr Mario Attard OFM Cap

In the past decades there has been the holy habit of asking a priest to bless us. Unfortunately, nowadays, it seems that this wonderful habit has been dwindling. We are somehow loosing this beautiful grace God wants to impart upon us and our families.

The Bible, precisely in the Book of Numbers, gives us the priestly blessing with which “Aaron and his sons” (Num 6:23), were to start blessing the people of Israel. The Lord handed on to Moses a prescribed formula for imparting this blessing: “TheLord bless you and keep you: The Lord make his face to shine upon you, and be gracious to you: The Lord lift up his countenance upon you, and give you peace” (Num 6:24-26). The Lord sealed this powerful blessing by saying: “So shall they put my name upon the people of Israel, and I will bless them” (Num 6:27). Continue reading Ask him for it!

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina

Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl, fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina