“Is-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija” – L-Arċisqof

It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden fil-ftuħ tal-kampanja ‘Make my house a home’ fil-Kampus tal-Universita ta’ Malta. Din l-inizzjattiva kienet tikkonsisti f’bejgħ ta’ larinġ magħsur u ikel ieħor b’risq l-Uffiċċju ‘Ejjew Għandi’, li jgħin tfal ġejjin minn ambjenti żvantaġġjati ta’ familja.

Continue reading ““Is-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija” – L-Arċisqof”

L-Arċisqof jżur l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports

It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports, f’Pembroke. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ jitkellem mal-istudenti, jiskopri d-dixxiplini differenti tal-isports mħaddma f’din l-iskola, u ċċelebra Quddiesa fil-kumpless sportiv.

Continue reading “L-Arċisqof jżur l-istudenti, l-għalliema u l-istaff tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports”

Il-bidla li jġib Ġesù mhix qerq imma tiġdid tal-qalb

It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Inħallu li Ġesù jibdilna, jaħlaqna mill-ġdid billi jeħlisna minn dnubietna, qal il-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa li qaddes dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Continue reading “Il-bidla li jġib Ġesù mhix qerq imma tiġdid tal-qalb”