“Is-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija” – L-Arċisqof


It-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden fil-ftuħ tal-kampanja ‘Make my house a home’ fil-Kampus tal-Universita ta’ Malta. Din l-inizzjattiva kienet tikkonsisti f’bejgħ ta’ larinġ magħsur u ikel ieħor b’risq l-Uffiċċju ‘Ejjew Għandi’, li jgħin tfal ġejjin minn ambjenti żvantaġġjati ta’ familja.

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Kampus tal-Università, Tal-Qroqq
Jagħmel sew min jista’ jgħaddi hawnhekk u jagħsar tazza larinġ. Kont qed inkellem lil Andrew Azzopardi jumejn ilu, u kien qed jgħidli l-bżonnijiet ta’ dan is-servizz li anke noffru bil-għajnuna ta’ l-Istat. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil-Istat Malti li jgħin f’din l-inizjattiva, anke b’kommissjoni mal-Appoġġ ukoll fejn ikun hemm persuni minuri li għandhom bżonn kenn u għandhom bżonn speċjali, ic-Children’s Homes għalhekk qegħdin.

Din l-inizjattiva li nieħdu ftit ċitru li jagħmel tajjeb għas-saħħa u fl-istess ħin inkunu qegħdin ngħinu lil xi ħadd. Din hija wkoll dimensjoni importanti tal-vokazzjoni tas-seminaristi li qed imiddu jdejhom u jagħmlu biċċa xogħol biex jinġabru flus għal ħaddieħor. Hija vokazzjoni ngħid jien ta’ kull Nisrani.

Għadni kemm iltqajt ma’ grupp sabiħ ta’ Sixth Formers minn Għawdex, li ’l quddiem se jkunu wkoll fuq il-kampus tal-Università, awgurajtilhom għall-eżamijiet li jkunu hawnhekk u għidtilhom: “waqt li qed tistudjaw l-Università ħudu ħsieb li anke tkunu fis-soċjal”. Jien naħseb anke s-saċerdot futur ma jistax ikun biss għas-sagristija. Il-Papa assolutament dil-ħaġa jitkellem ċar ħafna fuqha. Aħna mhux tas-sagristija, tas-sagristija wkoll, imma rridu nkunu fis-soċjal. Dan li qed jagħmlu l-istudenti tat-teoloġija kemm seminaristi, kemm lajċi oħrajn, juri li l-Evanġelju huwa kelma ta’ kuraġġ favur id-dinjità tal-bniedem u favur l-għajnuna tal-inqas iffortunati jew inkella l-iżjed li għandu bżonn.

L-appel tiegħi huwa li l-ewwel nett biex aħna ilkoll kemm aħna f’dan l-istaġun tal-Milied dejjem nagħmluh staġun ta’ solidarjetà. Qegħdin fil-bidu ta’ Diċembru, għada hija l-festa ta’ San Nikola li huwa Santa Klaws. Ħafna drabi Father Christmas neħħejnilu l-mitra għamilnilu barbuża, neħħejnilu l-kappa għamilnieh Santa Klaws sekolarizzat. Aħna nippreferu naħsbu f’dan il-qaddis li ħa ħsieb l-inqas ixxurtjati ta’ żmienu u kien ukoll ragħaj skont il-qalb ta’ Alla.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.