Isaija 40: “Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi…”

1. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Diċembru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nibdew serje ġdida ta’ katekeżi, fuq it-tema tat-tama Nisranija. Hi importanti ħafna, għax it-tama ma tqarraq qatt bina. L-ottimiżmu jqarraq bina, it-tama le! Għandna bżonnha ħafna, f’dawn iż-żminijiet li jidhru mudlama, meta xi drabi nħossuna mitlufin quddiem il-ħażen u l-vjolenza li jdawruna, quddiem it-tbatija ta’ tant minn ħutna. Hemm bżonn tat-tama! Inħossuna mitlufa u anki xi ftit qalbna maqtugħa, għax insibuna ma nistgħu nagħmlu xejn u donnu dan id-dlam mhu ħa jispiċċa qatt.

Continue reading Isaija 40: “Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi…”