X’jismek? X’jisimni?

Patri Mario Attard OFM Cap

X’jismek? X’jisimni? Ilkoll għandna isem. Ġieli dan l-isem tawhulna l-għaliex semmewna għat-tali u għat-talija. Inkella l-għaliex raw xi film u ismu għoġobhom. Jaf ukoll ismi jew ismek huwa l-isem magħmul minn nofs isem missieri u minn nofs l-ieħor ta’ isem ommi. Mhux kulħadd kif jaħsbiha?

Bil-mod! Ejja niftakru li l-isem huwa serju. Ħafna aktar milli naħsbu. L-isem jagħti identità lill-persuna. L-isem huwa għajn biex il-persuna li iġġorru magħha jagħtiha ukoll barka. Ma ninsewx li l-Mulej moħħu biex IBIEREK! Il-Mulej qatt ma jisħet. Biss jiġri li jaf ikun hemm ostakoli biex il-barka li jkun irid jagħtina b’saħħa, l-għaliex hu Missierna, ma tkunx tista’ tinżel fuqna. Continue reading “X’jismek? X’jisimni?”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-familji, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Is‑Sibt 10 ta’ Diċembru 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall‑familji, organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u l‑GRUFAN, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-familji, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann”