Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-klerikaliżmu jbiegħed lin-nies mill-Knisja

Il-klerikaliżmu jbiegħed lin-nies mill-Knisja


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Illum, it-Tlieta 13 ta Diċembru, is-47 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, il-Papa qaddes fil-kappella tad-Dar Santa Marta flimkien mal-Kardinali tal-Kunsill tad-9, jiġifieri l-Kardinali li qed jgħinu lill-Papa jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.

 

Il-Papa għamel omelija li fiha wissa lir-rgħajja tal-Knisja biex ma jsirux ‘intellettwali tar-reliġjon’.

Il-poplu umli u fqir, qal il-Papa, il-poplu li għandu l-fidi fil-Mulej, hu vittma tal-‘intellettwali tar-reliġjon’, ‘ir-rgħajja msaħħrin mill-klerikaliżmu’, li se jaslu fis-saltna tas-smewwiet wara l-midinbin li nidmu.

Franġisku kien qed jikkummenta l-Vanġelu tal-ġurnata meħud minn San Mattew. Anna u Kajfa, li kienu jiddeċiedu kollox, qal il-Papa, iġġudikaw lil Ġesù. Huma kellhom l-awtorità morali, ġuridika u reliġjuża. Kienu s-saċerdoti kapijiet li qatgħuha li joqtlu lil Lażżru u li għandhom mar Ġuda biex ibigħ lil Ġesù. Kienu waslu fi stat ta’ prepotenza għax kienu jistrumentalizzaw il-liġi.

Il-liġijiet li kellhom kienu jidħlu fid-dettall, għax huma kienu nies għorrief, imma kienu jinsew l-ewwel Kmandament li Alla ta lil Abraham: ‘Imxi fi triqti u kun mingħajr ħtija.’

Iżda dawn in-nies kienu nsew il-Kmandamenti ta’ Mosè u bdew jagħmluhom huma, liġi intellettwalistika li fil-fatt warrbet il-liġi t’Alla.

Il-vittmi tagħhom, minbarra Ġesù, kien il-poplu umli u fqir li kellu l-fiduċja f’Alla, il-poplu skartat li, jobdi jew ma jobdix il-liġi, kien jisfa vittma tal-inġustizzji.

Ġuda, kompla jgħid Franġisku, kien traditur, dineb bil-kbir. Imma mbagħad il-Vanġelu jgħidilna li nidem, mar għandhom biex iroddilhom il-flus. X’għamlu huma? Weġbuh li l-problema kienet tiegħu, huma ma kellhomx x’jaqsmu. Kienu intellettwali, kellhom il-poter, imma l-morali li kienu jgħabbu biha lill-poplu kienet biss frott l-intelliġenza tagħhom u mhux skont ir-rivelazzjoni ta’ Alla.

Illum ukoll, fil-Knisja dawn l-affarijiet jiġru. Hemm l-ispirtu tal-klerikaliżmu, kjeriċi li jħossuhom superjuri għall-oħrajn, li jitbiegħdu min-nies u m’għandhomx ħin biex jisimgħu lill-foqra, lill-batuti, lill-morda.

Il-marda tal-klerikaliżmu hi kerha ħafna u l-vittma tagħha hu l-poplu umli li qed jistenna l-Mulej jiġi.

Il-Missier, issokta l-Papa, dejjem fittex li joqrob lejna: bagħat lil Ibnu li aħna qed nistennewh bil-ferħ.

Imma l-Iben baqa’ barra mill-manuvri ta’ dawn in-nies. L-Iben mar għand il-morda, il-foqra, l-iskartati, il-pubblikani, il-midinbin…. u l-iskandlu l-ieħor…. għand il-prostituti.

Illum ukoll, temm jgħid il-Papa, Ġesù qed jgħid lilna lkoll, lil kull min hu msaħħar mill-klerikaliżmu: Il-midinbin u l-prostituti jaslu qabilkom fis-Saltna tas-Smewwiet.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: