Ikona ħajja tal-Ħniena Divina

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Novembru, Malta u Għawdex kollha sfaw maħsuda, għodu għodu, mill-mewta għall-għarrieda ta’ Patri Joe Saliba OFM Cap. Il-mewta ta’ dak il-Patri li tant għallem b’ħajtu u b’ħidmietu mal-morda u l-anzjani.

Lil Patri Joe ilni nafu għal dawn l-aħħar 29 sena. U, minn dawn is-snin kollha li ilni nafu, dejjem nafu li baqa’ l-istess, almenu għalija: il-bniedem li jħobb b’imħabba kbira lill-Mulej u lill-proxxmu tiegħu, l-aktar lil min qed ibati. Patri Joe jibqa’ mnaqqax f’qalbi bħala l-bniedem li, f’moħħu u f’qalbu, Franġisku t’Assisi ma kienx xi coating biex jgħatti min kien. Anzi! Kien l-opener li jiftaħ il-qalb kbira li kellu tbaqbaq ġewwa fih. Continue reading “Ikona ħajja tal-Ħniena Divina”