Bħax-xemgħa

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar f’Noticeboard partikulari rajt miktub dan il-kliem sabiħ li tant għamilli ġid: “Nies twajba huma bħax-xemgħa, jintfew huma biex jagħtu dawl lil ħaddieħor”.

Aktar mal-Mulej jagħtini grazzja li niltaqa’ man-nies, u allura aktar nitgħallem fil-ħajja, aktar qed nintebaħ kemm f’pajjiżna hawn nies li jagħmlu ġid kbir fis-skiet. In-nies tal-backstage. In-nies ta’ wara l-kwinti. Huma ħafna dawk li jħobbu jidhru. Fil-ħajja soċjali u fil-Knisja stess. Il-bniedem li jħobb jidher ma tantx iħalli rima sabiħa warajh. Anzi! Il-ħin kollu jċaqlaq. Għax mhux naturali li persuna tisraq ix-xena kollha hi meta, fil-fatt, ikun hemm ħafna oħrajn li jkun jistħoqqilhom ikunu parti minn dik ix-xena. Continue reading “Bħax-xemgħa”