Presepju qalb il-pazzjenti

Patri Mario Attard OFM Cap

Kif tidħol mill-bieb ewlieni tal-Isptar Mater Dei ma tistax taqbżu. L-għaliex, jekk imqar tipprova, m’għandux qalb li jħallik għaddej u għaddejja indifferenti. Jgħajjatlek. Ikellmek. Jisimgħek. Jitimgħek. Jisqik.

Il-presepju! L-ambjent sempliċi li jmur lura tant snin, sewwasew elfejn sena ilu. Idaħħlek f’dinja għal kollox sempliċi. Xejn ikkumplikat. Inkella studjat. L-għar u l-pajsaġġ tiegħu jaffaxxinawk. Iħolluk. M’għandekx bżonn ħafna cards u appuntamenti biex tarah. Tista toqgħod quddiemu fi x’ħin trid. Għal kwiet. Fejn ħadd ma jtellfek. ‘Il bogħod mill-għagħa tan-nies li dejjem deħlin u ħerġin f’dan l-isptar daqshiex. Continue reading “Presepju qalb il-pazzjenti”