Is-skiet tal-Presepju

Patri Mario Attard OFM Cap

Nista’ ngħid li l-Isptar Mater Dei huwa t-tieni dar tiegħi. Ir-raġuni hija l-għaliex inqatta’ ħafna ħin fih. U, meta tqatta’ ħafna ħin id-dar, tispiċċa tinnota ħafna affarijiet interessanti fiha.

Bħalissa hemm armat il-Presepju sabiħ li huwa xogħol is-Sur Charlie Coleiro. Xi ħaġa sabiħa li qalli Charlie hija kemm in-nies qed tapprezza l-kant Gregorjan li hemm bħala background music għal dan il-Presepju. Tassew! Kull darba li immur inżuru inħossni affaxxinat mill-ġabra li din it-tip ta’ mużika iġġib madwarha. Kemm iddaħħalni fil-misteru tal-fidwa tagħna! Kemm dak l-għar għalija jieħu l-ħajja! Continue reading “Is-skiet tal-Presepju”