Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Fi qlubna hemm dak li aħna llum, dak li jirregola ħajjitna

Fi qlubna hemm dak li aħna llum, dak li jirregola ħajjitna


Il-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Ħajjitna hi llum, li ma jerġax jiġi. Fil-quddiesa ta’ dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta l-Papa ħeġġeġ biex qalbna ma tkunx iebsa, mingħajr fidi, imma miftuħa għall-Mulej.

‘Jekk illum tisimgħu leħnu, la twebbsux qlubkom.’ Il-Papa bena l-omelija minn dan il-ħsieb meħud mill-ittra lil-Lhud u żvolġa r-riflessjoni dwar il-kliem ‘illum’ u ‘qalb’.

L-illum li jitkellem dwaru l-Ispirtu s-Santu fis-silta tal-ittra lil-Lhud, hu fil-fatt ‘ħajjitna’, l-illum mimli jiem li qatt ma jerġgħu jirrepetu ruħhom, l-illum li fih irċevejna l-imħabba t’Alla, il-wegħda tiegħu li nsibuH, spjega l-Papa.

Illum aħna nistgħu nġeddu l-alleanza tagħna mal-fedeltà t’Alla. Imma llum hu jum wieħed f’ħajjitna, li jgħaddi. Iżda aħna jkollna t-tentazzjoni li ngħidu lilna nfusna: dan nagħmlu għada.

It-tentazzjoni li nħallu għall-għada li forsi ma jasalx, jispjegaha Ġesù fil-parabbola tal-għaxar verġni: il-ħamsa boloh li ma ħadux żejt magħhom, imorru jixtru, imma meta jaslu jsibu l-bieb magħluq.

Bħala eżempju l-Papa kkwota wkoll il-parabbola tar-raġel li jħabbat fuq il-bieb tal-Mulej u jgħid: ‘Kilt miegħek, kont miegħek….’ U bi tweġiba jisma’: ‘Ma nafekx, wasalt tard…’

Dan mhux qed ngħidu biex inbeżżagħkom, qal Franġisku, imma sempliċement biex ngħidilkom li ħajjitna hi dik li hi llum: illum jew qatt. Jien dan naħseb, kompla jgħid: għada jista’ jkun l-eternità, mingħajr għabex, mal-Mulej, għal dejjem.

Jekk jiena fidil, fidil lejn ‘illum’. U jien nagħmlilkom dil-mistoqsija, l-istess waħda li jagħmel l-Ispirtu s-Santu: Kif qed ngħix l-illum tiegħi?

It-tieni kelma li tittenna fl-ittra hi ‘qalb’. Infatti aħna niltaqgħu mal-Mulej permezz ta’ qlubna u tant drabi Ġesù jċanfarna għax qalbna iebsa, aħna tqal biex nifhmu. Għalhekk, l-istedina hi biex ma nwebbsux qlubna u nistaqsu jekk qalbna hix ‘mingħajr fidi’ jew inkella ‘msaħħra mid-dnub’.

Fi qlubna qed nilagħbu l-illum tagħna. Qalbna miftuħa għall-Mulej?, staqsa l-Papa li żied: lili jolqotni ħafna meta xi anzjan jew anzjana – ħafna drabi xi saċerdot jew soru – jgħiduli: ‘Padre, itlob għalija biex nippersevera sal-aħħar.’ Imma int, tul ħajtek kollha, għext tajjeb, jiemek kienu kollha mogħtijin lill-Mulej, imma xorta qed tibża’?

‘Le,’ iwieġbu, ‘ħajti għadha mhix fl-għabex. Irrid ngħixha bis-sħiħ, nitlob biex l-illum tiegħi jkun sħiħ, b’qalbi soda fil-fidi u mhux irvinata mid-dnub, mill-vizzjijiet, mill-korruzzjoni.’

Allura l-Papa ħeġġiġna biex naħsbu sewwa fuq l-illum tagħna u fuq is-sitwazzjoni ta’ qalbna għax illum ma jerġax jiġi u llum jibqa’ jtenni ruħu sakemm il-Mulej jgħidilna: daqshekk.

Imma llum jiġi darba, hekk hi l-ħajja. U qalbna trid tkun miftuħa għall-Mulej – ma tkunx magħluqa, iebsa, mingħajr fidi, imsaħħra mid-dnub.

Il-Mulej iltaqa’ ma’ bosta nies li kellhom qalbhom magħluqa: id-dutturi tal-liġi, kull min kien jippersegwitaH, kull min ipprova jilagħbu biex ikollu fuqiex jikkundannah….. u fl-aħħar irnexxielhom.

Nerġgħu lura lejn id-dar, temm il-Papa, b’dawn iż-żewġ kelmiet biss: kif inhu l-illum tiegħi? It-tmiem jista’ jkun illum stess, daqskemm jista’ jkun għada jew bosta jiem aktar bogħod. U kif inhu l-illum tiegħi fil-preżenza tal-Mulej?
U wkoll: Kif inhi qalbi? Miftuħa? Soda fil-fidi? Immexxija mill-imħabba tal-Mulej?

B’dawn il-mistoqsijiet nitolbu lill-Mulej itina l-grazzja li kull wieħed u waħda minna għandna bżonn.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: