Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa jħeġġeġ lill-Insara biex ikunu kuraġġużi

Il-Papa jħeġġeġ lill-Insara biex ikunu kuraġġużi


It-Tlieta 17 ta’ Jannar 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Kunu nsara kuraġġużi, ankrati mat-tama u bil-ħila li tiffaċċjaw il-waqtiet mudlama. Din l-istedina qawwija għamilha l-Papa Franġisku llum, waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fid-Dar Santa Marta.

 

 

Il-ħajja tan-Nisrani hi ħajja kuraġġuża. Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-qari meħud mill-ittra lil-Lhud. Iż-żelu li jitkellem dwaru l-qari, il-kuraġġ li nimxu ‘l quddiem, għandhom ikunu attitudni lejn il-ħajja, bħal min jitħarreġ bis-sħiħ biex jikseb rebħa fl-isports.

Imma l-ittra, kompla jgħid, titkellem ukoll dwar l-għażż, li hu l-oppost tal-kuraġġ. Jekk ngħixu fil-‘friġġ’, kollox jibqa’ l-istess, ikkummenta Franġisku.

L-Insara li m’għandhomx ir-rieda li jibqgħu mexjin ‘il quddiem, li ma jitqabdux biex l-affarijiet jinbidlu, huma għażżenin, ipparkjati, fil-Knisja sabu post tajjeb fejn jibqgħu pparkjati!

In-nanniet kienu jgħidulna, żied il-Papa, biex nitħarsu mill-ilma qiegħed għax dak l-ewwel li jitħassar.

L-Insara jsibu l-kuraġġ tagħhom fit-tama, waqt li l-Insara għażżenin, m’għandhomx tama, huma irtirati. Sabiħ, osserva l-Papa, li tirtira wara li tkun għaddejt snin twal taħdem, imma hu ikrah li tgħaddi ħajtek kollha irtirat!

Min-naħa l-oħra, l-ankra li naqbdu magħha biex nibqgħu nitqabdu, anke fil-waqtiet diffiċli tal-ħajja, hija t-tama. Imma t-tama hi taqbida, it-taqbida ta’ kuljum li tiftħilna l-ixfqa. It-tama mhix għeluq, hi ħajja li tħares dejjem ‘il quddiem bil-kuraġġ.

Meta kollox jidher iswed madwarna, kull ma għandna nagħmlu hu li nibqgħu nittamaw u nirreżistu. Il-ħajja mhix rigal li jaslilna mgeżwer f’karta sabiħa.
Neħtieġu l-kuraġġ biex nimxu ‘l quddiem minkejja li xorta waħda se nagħmlu l-iżbalji. Ilkoll nagħmlu l-iżbalji, saħaq il-Papa, anke jekk dawk li ma jagħmlu xejn donnhom jidhru li mhux qed jiżbaljaw.

Allura l-Papa talabna nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex Insara magħluqin jew Insara li nħarsu dejjem lejn ix-xefaq, u jekk fil-mumenti koroh għandniex ħila nirreżistu bl-għarfien li t-tama ma tiddiżappuntaniex għax jien ċert, temm jgħid, li Alla qatt ma jiddiżappuntana.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: