Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-Insara għandhom jegħelbu l-mentalità li dejjem jikkundannaw

L-Insara għandhom jegħelbu l-mentalità li dejjem jikkundannaw


Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Alla jġedded kollox mill-għeruq, mhux fid-dieher biss. Dalgħodu, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku kkummenta dwar l-ewwel qari, silta meħuda mill-ittra lil-Lhud li titkellem dwar kif Alla ġedded il-ħolqien permezz ta’ Ġesù Kristu.

 

 

Dan il-patt ġdid, osserva l-Papa, għandu l-karatteristiċi tiegħu. L-ewwel waħda hi li l-liġi tal-Mulej mhix aġir esterjuri, li jidher minn barra biss, imma jidħol fil-qalb u jibdlilna l-mentalità.

Fil-patt il-ġdid hemm tibdil tal-mentalità, tibdil tal-qalb, tibdil ta’ kif wieħed iħoss ruħu u jaġixxi, mod ġdid kif inħarsu lejn l-affarijiet.

Il-patt il-ġdid jibdlilna qlubna u jurina l-liġi tal-Mulej b’dil-qalb ġdida, b’dil-mentalità ġdida. Naħsbu ftit fid-dutturi tal-liġi li kienu jippersegwitaw lil Ġesù, kompla jgħid. Dawn kienu jagħmlu kollox, kull ma kien imniżżel fil-liġi, kellhom il-liġi f’idejhom, il-liġi kollha kemm hi. Imma l-mentalità tagħhom kienet bogħod minn Alla.

Kienet mentalità egoista, li ddur madwarhom infushom: qalbhom kienet waħda li tikkundanna, kienu jikkundannaw dejjem. Iżda l-patt il-ġdid jibdlilna qalbna u moħħna. Inissel fina bidla fil-mentalità.

Il-Mulej ma jieqafx, jibqa’ għaddej u jiżgurana li jaħfrilna l-ħażen tagħna u ma jiftakarx iżjed dnubietna. U kultant, ikkummenta Franġisku, inħobb naħseb bi ftit ċajt mal-Mulej u ngħidlu: Il-memorja tiegħek mhix tajba! Din hi d-dgħufija ta’ Alla: meta jaħfer, jinsa.

Huwa jinsa għax jaħfer. Quddiem qalb niedma, jaħfer u jinsa. ‘Jien ninsa u ma niftakarx dnubiethom.’ Imma dan ukoll hu stedina biex lill-Mulej ma nfakkruhx dnubietna, jiġifieri li ma nidinbux aktar.

Int ħfirtli, insejt, imma jiena….? Nibdel ħajti għax il-patt il-ġdid iġegħelni nibdel ħajti, mhux il-mentalità biss u l-qalb, imma ħajti wkoll. Ħajja mingħajr dnub, bogħod mid-dnub. Dan hu l-ħolqien ġdid. Hekk joħloqna mill-ġdid il-Mulej.

Il-Papa mbagħad dawwar ħsiebu lejn tibdil ieħor, it-tibdil tal-qoxra biss. Aħna ta’ Alla l-waħdieni, qal il-Papa, ma jeżistux allat oħra, dawk huma biss ħmerijiet. Mela minbarra t-tibdil tal-mentalità, tal-qalb u tal-ħajja hemm ukoll tibdil ta’ appartenenza: fuq liema naħa ninsab. Dan hu l-ħolqien ġdid li jagħmel Alla, ħolqien isbaħ mill-ewwel wieħed.

Allura nitolbu lil Alla, eżorta l-Papa, biex nibqgħu mexjin ‘il quddiem f’din l-alleanza, li nkunu fidili lejH. Dan hu s-siġill ta’ dak li jwettaq fina l-Mulej, tat-tibdil tal-mentalità, tal-qalb u ta’ ħajjitna.

Il-profeti kienu jgħidu: Il-Mulej jibdillek il-qalb tal-ġebel tiegħek u jagħmilhielek tal-laħam.

Allura, temm il-Papa Franġisku, nibdlu ħajjitna, ma nidinbux aktar u ma nfakkrux lill-Mulej dak li hu nesa, bid-dnubiet tal-lum. Ninbidlu u qatt ma nkunu parti mill-mondanità, mill-ispirtu tad-dinja, mill-ħmerijiet tad-dinja. Inkunu biss tal-Mulej.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: