Kamra numru 43

Patri Mario Attard OFM Cap

L-Erbgħa, it-28 ta’ Diċembru 2016, kellna l-laqgħa tal-Provinċja tagħna għal żmien il-Milied. Bħala Franġiskani Kapuċċini nkunu qiegħdin nistennewha. L-għaliex, laqgħat bħal dawn, jagħtuna ħafna kuraġġ ħalli nissukktaw interrqu t-triq tal-impenn tagħna lejn Ġesù Kristu u l-Knisja tiegħu.

Dakinnhar wasalt kmieni l-Kunvent. Għalhekk, ħassejt fija x-xewqa li nżur mill-ġdid, u b’qalb miftuħa u tbaqbaq, l-istudentat. Kemm inħobbu l-Istudentat tal-Kunvent tagħna ta’ Floriana! Kemm tifkiriet sbieħ għandi f’qalbi f’dan il-post daqshekk speċjali. F’Arja qaddisa. U fi spazzju ta’ tama kbira u nfinita! Continue reading “Kamra numru 43”