Tgħallimni!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-ħajja uħud mill-persuni huma tabilħaqq riżorsi. Mhux l-għaliex il-ħajja tidħkilhom tafux! Anzi! Il-ħajja taf tkun ħafna iebsa magħhom. Madankollu, huma jitfgħu rashom hemm u jibqgħu jaqdfu. Minkejja l-irjieħ li jonfħu f’wiċċhom u kontra tagħhom!

Hija ż-żgħira. Minn tlett ibniet. Suppost, almenu aħna bil-Malti, ngħidulha l-fessuda. Mela ċ-ċentru tal-attenzjoni. Iżda, fil-każ tagħha, dan qatt ma seħħ. Meta oħt ommha spiċċat mardet bl-alzheimer, ommha ħassitha fid-dmir li tieħu ħsieb oħtha, xebba. Dan kien ifisser li kellha tqatta’ perjodi mhux ħażin ‘il bogħod minn darha. Għalhekk, din il-povra mara, sa minn età daqshekk tenera, kellha tqatta’ ħajjitha ‘il bogħod mill-kura ta’ ommha. Continue reading “Tgħallimni!”