Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ġesù jinsab dejjem qalb in-nies imma ma jfittixx il-popolarità

Ġesù jinsab dejjem qalb in-nies imma ma jfittixx il-popolarità


It-Tlieta 31 ta’ Jannar 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Jekk ħarsitna nżommuha fuq Ġesù bil-perseveranza, niskopru bi stagħġib li huwa Hu li qed iħares bl-imħabba lejn kull wieħed u waħda minna: kliem il-Papa Franġisku waqt il-meditazzjoni ta’ dalgħodu fil-quddiesa fid-Dar Santa Marta, fil-jum li fih issir it-tifkira liturġika ta’ San Ġwanni Bosco.

 

 

L-awtur tal-Ittra lil-Lhud iħeġġiġna nimxu fil-fidi bil-perseveranza u b’ħarstina dejjem fuq Ġesù. Fil-Vanġelu huwa Ġesù li għandu ħarstu fuqna. Hu qrib tagħna, spjega l-Papa, u jinsab dejjem qalb il-folla.

Ġesù m’għandux il-gwardji madwaru biex ma jħallux lin-nies tersaq lejh u tmissu. Le u le! Baqa’ hemmhekk u n-nies kienet tross madwaru. U kull darba li Ġesù kien joħroġ, in-nies kienet tiżdied, il-folla dejjem tikber.

L-ispeċjalisti tal-istatistika forsi kienu jgħidu li l-popolarità tar-Rabbi Ġesù kienet qed tonqos. Imma Hu kien ifittex xi ħaġa oħra: kien ifittex in-nies. U n-nies kienet tfittex lilu: in-nies kellha ħarsitha fissa fuqu, u Hu kellu ħarstu fissa fuq in-nies, fuq il-folla kbira – imma le, kompla josserva Franġisku, ħarstu kienet fuq kull persuna. Din hi l-partikolarità tal-ħarsa ta’ Ġesù. Ġesù lin-nies ma jarahomx bħala massa: Ġesù jħares lejn kull individwu.

Il-Vanġelu ta’ Marku jirrakkonta żewġ mirakli: Ġesù jfejjaq mara li kienet ilha tbati bin-nixxiegħa tad-demm għal 12-il sena, li minn fost il-folla rnexxielha tmisslu l-mantell. Ġesù jinduna li xi ħadd missu.

Imbagħad iqajjem mill-mewt lit-tifla ta’ Ġajru, wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga. Jinduna li t-tfajla kellha l-ġuħ u lill-ġenituri jgħidlhom biex ituha tiekol.

Ħarset Ġesù hi fuq iż-żgħir u fuq il-kbir. Hekk iħares Ġesù, iħares lejna lkoll, imma jħares lejna wieħed wieħed, waħda waħda. Iħares lejn il-problemi l-kbar tagħna u lejn il-ferħat tagħna, u jħares ukoll lejn l-affarijiet żgħar tagħna. Għax Hu qrib.

Ġesù ma jibżax mill-affarijiet kbar, imma jagħti każ ukoll tal-affarijiet iż-żgħar. B’dal-mod iħares lejna Ġesù, issokta jgħid il-Papa.

Jekk aħna niġru t-triq tal-ħajja billi nżommu fiss ħarsitna, bil-perseveranza, fuq Ġesù, kompla jafferma, jiġrilna bħalma ġara lin-nies wara l-qawmien ta’ bint Ġajru, li baqgħu lkoll mistagħġbin.

Jiena nimxi, inħares lejn Ġesù, nimxi ‘l quddiem ħarsti fissa fuq Ġesù, u x’insib? Li Hu jiffissa ħarstu fuqi! U dan lili jimlieni bi stagħġib kbir. Hu l-istagħġib tal-laqgħa ma’ Ġesù.

Imma m’għandniex nibżgħu, m’għandniex nibżgħu, tenna Franġisku, bħalma ma beżgħetx dik ix-xwejħa li missitlu t-tarf tal-mantell. Ma nibżgħux! Niġru f’dit-triq b’ħarsitna dejjem fissa fuq Ġesù. U jkollna dis-sorpriża sabiħa, li timliena bl-istagħġib: hu Ġesù nnifsu li qed jiffissa ħarstu fuqi, temm jgħid il-Papa Franġisku.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: