Kesħa fina

Patri Mario Attard OFM Cap

Qiegħdin f’Jannar. Fil-qalba tal-bard. Qiegħdin fir-reżħa ta’ dik il-kesħa li tidħollok f’għadmek u f’għadmi. Dik il-kesħa li xxoqq il-għadam! Dik il-kesħa li magħha iġġib ir-reżħa li ġġagħlna nilbsu l-kowtijiet tal-fur u l-ġgieget il-ħoxin tax-xitwa! Aħ! X’bard!

U meta noħorġu barra bilfors li nkunu irridu nitgħattew sewwa. Inkella jiġi l-inkwiet. Jiġifieri jkollna nqattgħu xi ġimgħa fis-sodda l-għaliex niddubbaw riħ tajjeb f’sidirna. U mbagħad veru li iġri għand it-tabib! U iġri kemm tiflaħ! B saqajk ma’ wara! L-għaliex hemm bżonn li tmur. U tmur issa qabel imbagħad! Inkella d-deni ma jinżilx. Imma jibqa’ tiela’ sparat ‘il fuq! U lanqas it-tqaħqiħa m’hu ħa tmur. Iżda tibqa’ hemm. Għaddejja galor. U dik l-imbierka ras tissokta tuġgħa. U dawk il-griżmejn jissuktaw jifjammaw ruħhom. Jixxuttaw. U aqta’ kemm jibdew iweġġgħu! Continue reading “Kesħa fina”