Home > Pass Pass, mis-Superjur Joe Fenech, Ġenerali > L-Erbgħa  8   ta’ Frar : San Ġlormu Emiljani

L-Erbgħa  8   ta’ Frar : San Ġlormu Emiljani


“Ma nixxennaqx għall-ikel li jitħassar lanqas għall-pjaċiri tal-ħajja. Nixxennaq għall-ħobż ta’ Alla, li hu l-Ġisem ta’ Ġesù Kristu, li kien iż-żerriegħa ta’ David, u għal xorb nixxennaq għal demmu, li hu l-imħabba li ma titħassarx.” San Injazju t’Antijokja

Parir tad-deheb ġej minn wieħed mill-Missirijiet-il Knisja, San Injazju t’Antijokja. Sa mill-ewwel żmenijiet l-għorrief qaddisin insara għarfu l-ġid kbir li għandha l-Ewkaristija. Hija teżor aktar għani mill-ikel u mill-pjaċiri li toffri d-dinja. Il-Mulej jaf jimla din qalbna b’tali mod li l-aptiti għall-pjaċiri u t-tħajjir tad-dinja jitilfu l-qawwa tagħhom. Tul dawn l-elfejn sena l-Knisja qatt ma waqfet tistedinna bl-istess sentimenti ta’ dan il-qaddis. Minna jonqos jekk ma nagħtux widen għal pariri bħal dawn.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: