Il-Ġimgħa  17   ta’ Frar :  Is-Seba’ Servi ta’ Marija

“Ara qatt tiżba li se tfaħħar iżżejjed lil Marija;

qatt m’int se tasal li tħobbha aktar milli ħabbha binha Ġesù.” San Massimiljanu Maria Kolbe

F’Firenza tas-seklu 13,  seba’ merkanti nobbli ingħaqdu f’komunità ta’ rħieb taħt il-ħarsien ta’ Marija Addolorata.  Marija dejjem offriet ispirazzjoni matul iż-żmenijiet lil min ried jingħata kollu kemm hu lil Alla. Marija hija l-mudell  ta’ għotja bħal din. Hija l-iskjava tal-Mulej li ntelqet f’idejh – jagħmel biha li ried.  Stqarret iċ-ċokon tagħha u Alla għolliha u għamel magħha ‘ħwejjeg kbar’, u ried li ‘ħienja jsejħulha l-ġnus kollha’. Hija Verġni u Omm – verġnita’ mhux sterili imma fekonda.