In-Nanna Lien

Patri Mario Attard OFM Cap

In-Nanna Lien! Hekk kont insejħilha lil mart iz-ziju tal-għażiż missieri li ħallietna nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar fl-età sabiħa ta’ 91 u sena.

In-Nanna Lien kienet waħda mill-aktar nies anzjani ta’ San Ġwann. Kif qal tajjeb iċ-ċelebrant li mexxa l-liturġija tal-Ewkaristija tal-funeral tagħha, illum li tissejjaħ qadim tfisser li tkun antikwat. Jew, biex ngħidha mod ieħor, minn ta’ wara l-muntanji. Madankollu, kif semma tajjeb iċ-ċelebrant, in-Nanna Lien kienet mara li dejjem kellha l-Kuruna f’idejha. Għalkemm kienet anzjana iżda baqgħet dejjem sempliċi. L-għaliex baqgħet titlob sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha! Iżżebbeġ il-Kuruna u titħaddet mal-Mulej! Continue reading “In-Nanna Lien”