Il-ħajja sabiħa

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-ħajja sabiħa. Żgur li qed tiftakar fil-film komiku ta’ Roberto Begnigni! X’film dak hux! Meta, f’daqstant tbatija u ħruxija, ir-reġista seħħlu joħroġ karattru daqshekk divertenti!

Il-ħajja sabiħa. Mhux għal Benigni biss. Imma anki għalik u għalija. Tant hu hekk li, dan l-aħħar, il-Mulej tani l-grazzja li noħroġ dan il-ktieb. Li proprju jġib it-titlu tal-film ta’ Begnigni. Kollox sew! Il-ħajja hi sabiħa. Imma l-għaliex hi hekk? Bħalissa qed jiġi quddiem għajnejja qawl li, għalkemm ma jinstabx fil-Vanġeli, xorta waħda ġiet attribwit lil Ġesù. Almenu fiċ-ċirku tal-ewwel Insara. Mela f’dan l-agraphon jew aħjar qawl mhux miktub ta’ Ġesù, insibu hekk: “Erfgħu l-ġebla u issibuni; aqsmu fi tnejn biċċa injama u jien qiegħed hemm”. Continue reading “Il-ħajja sabiħa”