Ngħid li jien … !

Patri Mario Attard OFM Cap

Ma kulħadd ngħid li jien taz-zokkor. Li qalbi nagħtihielek. Li jiena raġel u mara sewwa. Li jien tqatta’ u tiekol minni. Insomma, li jiena raġel u mara umli!

Imma jien aktar nibża’ milli jgħidli l-bniedem u qajla nagħti każ x’jgħidli l-Mulej. U taf kemm inqabbel lili nnifsi ma’ ħaddieħor hux! U kemm infittex li nissallab biex nieħu l-għarfien ta’ dak li nagħmel. Għaliex, imwaħħal sewwa f’moħħi u f’qalbi, għandi l-ideja li rrid nimpressjona lin-nies. U allura aqta’ kemm fija għandi ambizzjonijiet li jwassluni li nagħmel, tista’ tgħid, dak li jiġi għal idejja! Jiena irrid nikkompeti ma’ kulħadd. U lest, u lesta, li nibqa’ għaddej u għaddejja daqs l-aqwa gaffa. Inkella daqs l-aktar romblu b’saħħtu. Basta ngħaffeġ fuq min insib quddiemi! Continue reading “Ngħid li jien … !”