Tfaddal biex tballatli!

Patri Mario Attard OFM Cap

Hekk qalli darba raġel imbikki l-għaliex qalbu qasmuhielu bla ebda ħniena ta’ xejn. U min min? Ħeqq ara! Mhux minn ta’ ġewwa? “Hekk sew Patri! Ifaddal ħa jballatli!” Imbagħad, imnikket u rrabjat għal dak li ġralu, qalli: “Millum ‘il hemm ma nafdahx aktar!”

B’qasma ta’ qalb din l-attitudni misħuta isseħħ fil-ħajja ta’ kuljum. Apposta sejjaħtilha misħuta l-għaliex imxajtna. L-għeruq dijaboliċi tagħha qiegħdin fil-ktieb tal-Apokalissi li jgħid għax-xitan: “Għax twaddab ‘il barra dak li jixli ‘l ħutna, li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna” (Apk 12:10). Ix-xitan dak xogħlu: jixlina ma’ Alla kontra tagħna stess. Jgħid dak li hu veru tafux. Imma jixli. U aktar ma jixli aktar ipinġi stampa maħmuġa tagħna quddiem il-Mulej. Jagħmel character assassination tagħna. Iżibbel id-dinjità tagħna. Continue reading “Tfaddal biex tballatli!”