Diżażtru!

Patri Mario Attard OFM Cap

Din il-kelma qed tintuża ħafna fil-vokabularju tagħna. Hija kelma li turi diżappunt. Jew forsi stmerrija wkoll. Għal xi ħaġa. Jew xi ħadd. It-Taljani, li huma biss pass ‘il bogħod minna, jħobbu jużaw il-frażi: È un disastro! “Dan diżażtru!”

Diżażtru! Kollox sew! Forsi it-tali ħaġa mhux tajba. Jew dak jew dik mhux tajbin. Inkella din il-ħaġa ma ħadmitx. Imma, u qabel kollox, qabel naqtgħu l-verdett, ejja niftakru li l-kelma “diżażtru” tnitten. U tnitten bil-bosta. Il-kelma “diżażtru” iġġib xi ħaġa li int u jien, anki jekk nagħmlu ta’ bir-ruħna li aħna cool minnha, inkella li sirna moderni iżżejjed, u l-affarijiet spiritwali saru tal-bużnaniet, aqta’ kemm twerwrina! L-aktar jekk induquha! Is-saħta! Il-kelma “diżażtru” iġġib swied il-qalb fuq min jismagħha jew jaqraha. U, jaf ukoll, iġġib l-istess sentimenti f’min jgħidha inkella f’min jiktibha wkoll. Continue reading “Diżażtru!”