Patri Mario Attard OFM Cap
Fl-ittra enċiklika li titħaddet dwar l-impenn lejn l-ekumeniżmu, Ut Unum Sint, San Ġwann Pawlu II jgħid hekk: “Il-Knisja jinħtieġilha tieħu n-nifs biż-żewġ pulmuni tagħha. Fl-ewwel millenju tal-istorja tal-Kristjanità, din l-espressjoni tirriferi, primarjament, għar-relazzjoni bejn Biżanzju u Ruma” (nru. 54). F’dan id-dawl ekumeniku dawn il-ħsibijiet tallum jikkonċentraw fuq wieħed mill-kotba l-aktar moqrija fid-dinja tal-Lvant, aktar u aktar issa fi żmien ir-Randan. Kien hemm min dan il-ktieb qabblu ma’ dak ta’ Thomas à kempis, L-imitazzjoni ta’ Kristu, kapolavur tal-Kristjaneżmu tal-Punent. Imma l-ktieb li qed nirreferi għalih hu dak miktub minn San Ġwann Klimaku Is-Sellum tal-Perfezzjoni. Jew, kif insibuh bl-Ingliż bħala The Ladder of Divine Ascent. Continue reading “Ktieb qawwi fir-Randan”