B’imħabbtu ġabhom demel!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fil-Ġimgħa Mqaddsa naraw dmija, kolonna mċapsa bid-demm, kuruna tax-xewk, flaġell, imsiemer, lanza, lanterni u torċi, serduq, id, buqar, friskatur, xugaman b’wiċċ u bla wiċċ. Insomma … U tant sturmenti ta’ tortura.

U ta’ min? U lil min? Kieku tgħid li kien xi wieħed ta’ pezza kustjoni ngħidlek ma tantx jimporta. Għalkemm anki ta’ pezza kustjoni għandu jingħata ċ-ċans li jinbidel. Imma dan? Dan x’għamel? Dan taha s-smiegħ lit-torox, id-dawl lill-għomja, iddritta lill-milwijin, u, fuq kollox, ħafer lill-midinbin. Ħallini nerġa’ ndejqek, l-għaliex inħoss li għandi ndejqek. Anki jekk jien ukoll għandi xi nxomm taħt apti. Imma, bħad-Disma, dak li ngħidulu l-ħalliel it-tajjeb, ħallini ngħidlek għax b’hekk qed ngħid lili nnifsi: “Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta’ kull ma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin” (Lq 23:41). Continue reading “B’imħabbtu ġabhom demel!”