Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta, Papa Franġisku > Il-fidi u l-morali nifhmuhom aħjar aktar ma’ nimxu ‘l quddiem

Il-fidi u l-morali nifhmuhom aħjar aktar ma’ nimxu ‘l quddiem


Il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Alla għarraf lilu nnifsu fl-istorja. Is-salvazzjoni tiegħu għandha storja kbira u twila, afferma l-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Il-Papa bena l-omelija tiegħu fuq l-ewwel qari li jtina r-rakkont tal-prietka ta’ San Pawl meħuda mill-Atti tal-Appostli.

Biex jitkellem dwar Alla, Pawlu beda mill-bogħod, minn meta l-poplu ta’ Iżrael ħareġ mill-Eġittu. Infatti, is-salvazzjoni ta’ Alla hi mixja lejn il-milja taż-żminijiet, mixja miżgħuda bil-qaddisin u bil-midinbin.

Il-Mulej, qal Franġisku, imexxi l-poplu tiegħu fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja, lejn il-milja, lejn il-laqgħa mal-Mulej. Fl-aħħar tal-mixja tal-poplu ta’ Iżrael hemm Ġesù.  Imma mhux kollox spiċċa hemm għax hu ħallielna l-Ispirtu li jfakkarna u jgħinna nifhmu l-messaġġ ta’ Ġesù: hemmhekk tibda t-tieni mixja. U l-Knisja tibqa’ miexja ‘l quddiem bil-qaddisin u l-midinbin; bejn il-grazzja u d-dnub.

Il-mixja hi li nifhmu u nidħlu aktar fil-fond tal-persuna ta’ Ġesù, u li nifhmu aħjar il-morali, il-Kmandamenti. Xi ħaġa li qabel kienet titqies bħala normali – bħalma hi l-iskjavitù – illum inqisuha dnub mejjet. Qabel kienu jirakkuntawlna l-istejjer tagħhom, imma llum ngħidu li l-iskjavitù hu dnub mejjet. Qabel kienu jemmnu li dawn in-nies qieshom m’għandhomx ruħ.

Imma kien hemm bżonn li l-mixja ma tieqafx, tibqa’ għaddejja, biex il-fidi tkun mifhuma aħjar. Issib min jgħidlek li llum l-iskjavi m’għadhomx jeżistu. Imma, osserva l-Papa, illum hawn ħafna aktar.

Qabel konna naċċettaw il-piena tal-mewt. Illum dan m’għadux aktar aċċettabbli. Imxejna ‘l quddiem. L-istess nistgħu ngħidu, kompla Franġisku, dwar il-gwerer bejn ir-reliġjonijiet.

Imma mxejna ‘l quddiem, iċċarajna l-fidi, il-morali, u nafu li hemm il-qaddisin, dawk li nafuhom u dawk moħbijin. Il-Knisja hi mimlija qaddisin moħbija u din il-qdusija hi l-mutur tal-Knisja li tressaqna lejn il-milja taż-żminijiet, meta fl-aħħar jerġa’ jiġi l-Mulej biex ikun kollox f’kollox.

B’hekk, il-Mulej ried juri ruħu lill-poplu tiegħu li kien miexi.
Il-poplu t’Alla miexi dejjem u meta jieqaf isir priġunier magħluq ġo stalla, bħall-ħmar, la jifhem, la jimxi, la jidħol fil-fond biex jifhem aħjar il-fidi u l-imħabba …. ma jsaffix qalbu.

Imma hemm milja taż-żmien oħra:  dik tagħna. Kull wieħed u waħda minna jinsab f’mixja lejn il-milja taż-żmien personali. Kull wieħed u waħda minna għad naslu għall-milja sħiħa, meta ħajjitna tintemm u rridu nfittxu lill-Mulej.

Dan hu l-waqt tagħna personali. Naħsbu dwaru, naħsbu dwar l-Appostli, il-predikaturi, dawk li kellhom il-ħtieġa jfiehmu li Alla ħabb, għażel, u ħabb lill-poplu tiegħu li kien miexi u jibqa’ miexi dejjem.

Ġesù, innota l-Papa, bagħat l-Ispirtu s-Santu biex jgħinna f’dil-mixja u huwa proprju l-Ispirtu li jimbuttana biex nimxu. Din hi l-opra tal-ħniena kbira ta’ Alla li tgħinna nimxu lejn il-milja taż-żmien tagħna personali.
Allura l-Papa għamlilna mistoqsija: aħna nemmnu li l-wegħda ta’ Alla tinsab f’mixja u li l-Knisja llum tinsab f’mixja?

Meta mmoru nqerru, minbarra l-mistħija għax dnibna, nifhmu li dak li nkunu qed nagħmlu hu pass fil-mixja lejn il-milja taż-żmien tagħna? Li nitolbu maħfra lil Alla, issokta l-Papa, mhix xi ħaġa awtomatika.  Ifisser li ninsab f’mixja u li ġurnata, li tista’ tkun illum jew tletin sena oħra, għad irrid nidher wiċċ imb wiċċ mal-Mulej li qatt ma jħallina waħedna, li jakkumpanjana fil-mixja.

Naħsbuh dan meta mmorru nqerru?, staqsa l-Papa. Naħseb li dak hu pass fil-mixja tiegħi lejn il-laqgħa mal-Mulej, lejn il-milja taż-żmien tiegħi?

Din hija l-opra tal-ħniena bla tarf ta’ Alla, temm jgħid il-Papa Franġisku.

 

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: