Home > L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech > Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fit-tnedija tal-Proġett ta’ “Casa Madre Teresa”

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fit-tnedija tal-Proġett ta’ “Casa Madre Teresa”


Il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2017: Messaġġ mill-Isqof ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, fit-tnedija tal-Proġett ta’ “Casa Madre Teresa”, dar għall-anzjani u persuni b’dimenzja, fin-Nadur.

Tnedija Casa Madre Teresa

Tnedija Casa Madre Teresa

Bi pjaċir nikkomunika li f’kontinwità mat-tradizzjoni millenarja tal-Knisja, id-Djoċesi tagħna flimkien mal-Parroċċa tan-Nadur għażilna li nvaraw ħidma soċjali ġdida fil-gżira ta’ Għawdex, billi niżviluppaw il-fond imħolli mill-Famija Grima bħala dar għal persuni vulnerabbli.

B’dan il-proġett aħna nixtiequ noffru servizz ta’ kwalità kemm lill-anzjani u kemm lil dawk li għandhom id-dimenzja. Hija x-xewqa tagħna li lil dawn il-persuni noffrulhom ambjent seren u mħares fejn jistgħu jgħixu b’mod dinjituż.

L-isem tad-Dar, li ntgħażel mill-Parroċċa tan-Nadur, ser ikun Casa Madre Teresa. Dan l-isem jiġbor fih il-missjoni ta’ din id-Dar: bħal Madre Teresa, il-Knisja f’Għawdex tixtieq tagħti attenzjoni u kenn lil dawk il-persuni li jkunu fi ħtiġijiet partikulari. Jien għamiltha ċara mal-Amministrazzjoni tad-Djoċesi li rrid li dan il-proġett ikollu l-marka evanġelika. Mhux l-għan tagħna li din id-dar tkun mezz ta’ lukru. B’sens ta’ gratitudni u rispett, nixtiequ biss nagħtu servizz xieraq lil dawk li meta jikbru fiż-żmien jew minħabba l-kundizzjoni mentali tagħhom isibu ruħhom waħidhom, forsi wkoll abbandunati u abbużati. Napprezza li kemm l-Arċipriet Mons. Jimmy Xerri u kemm il-Kunsill Pastorali Parrokkjali tan-Nadur jikkondividu dawn l-għanijiet.

Imma dan huwa proġett ftit ambizzjuż li ma nistgħux nidħlu għalih waħidna, u għalhekk xhur ilu dħalna f’taħditiet mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva li rrid nirringrazzjaha għad-disponibbiltà u l-koperazzjoni sħiħa tagħha.

Nittama li dan il-proġett li jserraħ fuq tliet pilastri – l-għotja ġeneruża tal-Familja Grima, l-impenn tad-Djoċesi u l-Parroċċa, u s-sapport tal-Gvern – jitwettaq fi żmien relattivament qasir għall-ġid tas-soċjetà tagħna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: