Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-fidi mhix ideoloġija; għandna nxandru lil Kristu minkejja l-persekuzzjonijiet

Il-fidi mhix ideoloġija; għandna nxandru lil Kristu minkejja l-persekuzzjonijiet


Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-ħajja tal-Appostlu Pawlu dejjem f’moviment.  Diffiċli li wieħed jaħseb dwar San Pawl jixxemmex f’xi bajja, jistrieħ, qal il-Papa Franġisku fl-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni dwar is-silta mill-Atti tal-Appostli li naqraw illum fil-liturġija. Il-Papa semma tliet dimensjonijiet tal-ħajja tal-Appostlu Pawlu.
L-ewwel dimensjoni hi l-predikazzjoni, it-tħabbir. Pawlu jiġri minn post għall-ieħor biex ixandar lil Kristu, u meta ma kienx ikun jipprietka kien ikun jaħdem.
Imma l-akbar attività tiegħu kienet il-predikazzjoni. Meta kien imsejjaħ biex iħabbar lil Ġesù, din saret l-akbar passjoni tiegħu.

Ma kienx jibqa’ bilqiegħda quddiem skrivanija, kien dejjem jiġri minn post għall-ieħor, dejjem imexxi ‘l quddiem l-aħbar ta’ Ġesù Kristu. Kien mimli ħerqa, żelu kbir, żelu appostoliku li kien imexxih. U qatt ma baqa’ lura. Din kienet waħda mid-dimensjonijiet li ġabitlu ħafna diffikultajiet.

It-tieni dimensjoni tal-ħajja ta’ Pawlu hija, appuntu, id-diffikultajiet, u aktar minn hekk il-persekuzzjonijiet. Fl-ewwel qari tal-lum qrajna li kulħadd kien konfoffa biex jakkużah. Kien imressaq għall-ħaqq għax kien ‘xewwiex’.

Iżda l-Ispirtu tah l-ispirazzjoni. Pawlu moħħu jilħaqlu u jaf li bejniethom ma kinux jaqblu, xejn ma kienu ħaġa waħda. Kien jaf li s-Saduċej ma kinux jemmnu fil-qawmien mill-imwiet, filwaqt li l-Fariżej kienu jemmnu.

Għalhekk qal b’leħen għoli, biex jeħles minn dik is-sitwazzjoni: ‘Ħuti, jien Fariżew, bin il-Fariżej. Ġibtuni għall-ħaqq minħabba t-tama tal-qawmien mill-mewt.’ Malli qal dan inqalgħet diskussjoni taħraq bejn is-Saduċej u l-Fariżej.… u dawk li qabel kienu qed jaqblu, issa nfirdu.

Dawn, kompla jgħid il-Papa, kienu jħarsu l-liġi, iħarsu d-duttrina tal-poplu t’Alla, iħarsu l-fidi, imma min kien jemmen ħaġa u min oħra. Dawn in-nies, wissa l-Papa, kienu tilfu l-liġi, kienu tilfu d-duttrina, kienu tilfu l-fidi għax kienu bidluha f’ideoloġija, u l-istess għamlu bid-duttrina.

Għalhekk San Pawl, issokta Franġisku, kellu jitqabad tant. L-ewwel dimensjoni tal-ħajja ta’ Pawlu kienet ix-xandir, iż-żelu appostoliku, li jwassal lil Ġesù Kristu; it-tieni kienet is-sofferenza, il-persekuzzjoni, it-taqbid.

It-tielet dimensjoni kienet it-talb. Pawlu kellu intimità kbira mal-Mulej.
Il-Mulej kien jersaq qribu spiss. Pawlu jgħid li darba, waqt it-talb, il-Mulej kien ħadu miegħu fis-seba’ sema, u l-esperjenza kienet waħda li ma setax ifissirha bil-kliem.
Imma dal-bniedem qalbieni, il-ħabbàr, kellu d-dimensjoni mistika tal-laqgħa ma’ Ġesù. Il-qawwa ta’ Pawlu kienet il-laqgħa ma’ Ġesù waqt it-talb.

Fit-triq ta’ Damasku Pawlu ltaqa’ ma’ Ġesù hu u sejjer jippersegwita l-Insara. Iltaqa’ mal-Mulej u dan qatt ma nsieh, u baqa’ dejjem ifittex lill-Mulej. Kien bniedem ta’ talb.

Dawn kienu t-tliet atteġġjamenti ta’ Pawlu, kompla Franġisku, li nitgħallmu minn dak li qrajna llum: iż-żelu appostoliku biex ixandar lil Kristu, ir-reżistenza kontra l-persekuzzjonijiet, u t-talb.

Niltaqgħu mal-Mulej u nħallu lill-Mulej jiġi għandna. B’hekk Pawlu kien jibqa’ għaddej fost il-persekuzzjonijiet tad-dinja iżda mfarraġ mill-Mulej.

Il-Mulej itina l-grazzja, temm jgħid il-Papa, lilna lkoll imgħammdin, li nitgħallmu dawn it-tliet atteġġjamenti fil-ħajja Nisranija tagħna: inxandru lil Ġesù Kristu, nirreżistu l-persekuzzjonijiet u s-seħer li jbegħedna minn Ġesù Kristu, u l-grazzja li niltaqgħu miegħu permezz tat-talb.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: